Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa
Dan is-servizz huwa maħsub sabiex benefiċjarju jkun jista’ jiġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa tas-Sigurtà Soċjali għal sena speċifika f’dawn l-aħħar 5 snin. Din id-dikjarazzjoni mhijiex FS3 u ma tistax tintuża għal skopijiet ta’ taxxa. Peress li dan huwa dokument elettroniku, ma jeħtieġx firma.
Meta tagħżel ‘Iġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti’ għal sena f’dawn l-aħħar 5 snin, l-utent tingħatalu għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa f’format ta’ PDF jew jirċievi d-dokument b’email
Jekk l-utent jagħżel li jirċievi d-dikjarazzzjoni permezz tal-email, u tkun l-ewwel darba li qed jintuża dan is-servizz, jista’ jispeċifika l-indirizz tal-email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l-indirizz tal-email bħala dak li jrid li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l-użu sessegwenti tas-servizz, dan l-indirizz tal-email imniżżel jiġi muri awtomatikament
Huwa meħtieġ kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta biex tiġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa. Ikklikkja hawn biex toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.
Biex tiġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa għal sena speċifika mill-ħames snin ta’ qabel, ikklikkja hawn.
It-Tim tal-Customer Care tagħna lest li jgħin.
Ikkuntatjana: kuntattdss.gov.mt