Ħlas ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Neqsin – Allowance għal Carer u Allowance Miżjuda għal Carer
Ħarsa ġenerali
Din hija skema li jistgħu jibbenefikaw minnha residenti Maltin li huma assigurati f’Malta għal skop ta’ Sigurtà Soċjali, fejn applikanti jkunu jistgħu iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali li jkunu neqsin mir-rekord kontributorja tas-Sigurta’ Soċjali tagħhom. L-għan ta’ din l-iskema hu li jippermetti lill-applikanti, jew, li jikkwalifikaw għall-penzjoni kontributorja, jew inkella biex itejbu ir-rata kurrenti jew prospettiva tal-pensjoni tagħhom.
X’ser jingħata
Taħt din l-iskema, applikanti eliġibbli se jkunu jistgħu jħallsu l-ammont massimu ta’ mitejn u sittin (260) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, ekwivalenti għall-perjodu massimu ta’ ħames (5) snin assigurazzjoni, liema kontribuzzjonijiet neqsin ma jkunux neċessarjament fl-aħħar ħames (5) snin ta’ qabel id-data tal-applikazzjoni. Mhux permess li jitħallsu kontribuzzjonijiet arretrati għall-perjodu/i fejn l-applikanti ma jkunux residenti ordinarji f’Malta.
Ir-rata applikabbli ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet arretrati hija r-rata standard tat-Tieni Klassi Rata SA, hekk kif tkun fis-sena li fiha jsir il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati.
Barra milli joħroġ kont ta’ kontribuzzjonijiet arretrati, id-dipartiment joħroġ ukoll stima approssimattiva ta’ kemm tkun ir-rata prospettiva tal-penzjoni sew; jekk jitħallsu l-arretrati u sew jekk le. L-applikanti jiġu infurmati ukoll jekk it-talba tagħhom tkun miċħuda, jew inkella jekk il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet arretrati ma jagħmel l-ebda differenza fir-rata prospettiva tal-penzjoni tagħhom.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikanti għandhom ikunu normalment residenti f’Malta u reġistrati taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
- L-applikanti għandhom ikunu bl-eta’ ta’ bejn id-disgħa u ħamsin (59) u l-erbgħa u sittin (64) sena, imma għadhom m’għalqux il-ħamsa u sitin (65) sena.
- L-applikanti iridu jkunu attwalment benefiċjarji tal-Allowance għal Carer jew Allowance Miżjuda għal Carer.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.