Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Aġġorna d-Dettalji Bankarji Tiegħek Online mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

02/10/2023 | Aħbar Riċenti

Permezz ta’ dan is-servizz, tista’ tibdel id-Dettalji Bankarji ta’ kif qed tirċievi l-benefiċċju tiegħek jew taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-dipartiment. Huwa importanti li żżomm id-Dettalji Bankarji tiegħek aġġornati. Huwa faċli li taġġorna l-informazzjoni Bankarja tiegħek miżmuma mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online.

  • Billi jawtentika bl-e-ID tiegħu, Aġent, Amministratur, jew Aġent maħtur minn Amministratur li huwa debitament irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jista’ jibdel d-dettalji bankarji tal-benefiċjarju tas-sigurtà soċjali li jkun qed jiġi rappreżentat.
  • Bħala persuna reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), issa tista’ taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mad-dipartiment billi tawtentika bl-e-ID tiegħek minkejja li m’intix benefiċjarju/a sa issa.

Huwa meħtieġ kont e-ID maħruġ minn Identità biex taġġorna d-dettalji bankarji tiegħek. Ikklikkja hawn biex tkun taf aktar dwar kif toħloq il-kont tal-e-ID tiegħek.

It-Tim tal-Customer Care tagħna lest li jgħin, ikkuntatjana: kuntattdss.gov.mt