Benefiċċju għal-Leave għal-Luttu tal-Ġenituri
Ħarsa Ġenerali
Dan il-benefiċċju għal-Leave għal-Luttu tal-Ġenituri jipprovdi sapport finanzjarju għall-ġenituri eliġibbli li jesperjenzaw telf ta’ wild ta’ inqas minn tmintax-il (18) sena u li tkun ġrat wara 26 ta’ Diċembru 2025. Il-benefiċċju huwa kemm għal min iħaddem, għal individwi li jaħdmu għalihom infushom, kif ukoll għal konjuġi jew sieħeb/sieħba eliġibbli.
L-ispiża tal-Leave tal-Luttu għall-Ġenituri tkun bejn ġurnata sa jumejn koperti minn min iħaddem, filwaqt li l-ġranet li jifdal sabiex jirkopru sa seba’ (7) ijiem sħaħ, jiġu rrifondati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-impjegati part-time jew dawk li jaħdmu sigħat imnaqqsa għandhom ukoll dritt għal dan il-leave, li jiġi kkalkolat pro-rata skont is-sigħat tax-xogħol tagħhom.
Persuni Self-Employed jkunu koperti sat-total ta’ sebat ijiem li jiġu mgħotija mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
X’ser jingħata
Impjegati għandhom id-dritt sa sebat (7) ijiem ta’ leave imħallas. Min iħaddem jista’ jitlob rifużjoni għall-paga bażika ta’ ġimgħa, is-sehem tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa f’isem l-impjegat għal ġimgħa u valur proporzjonali tal-bonusijiet statutorji. Applikanti li jaħdmu għalihom infushom jirċievu benefiċċju dirett ekwivalenti għall-paga ta’ ġimgħa bir-rata medja nazzjonali tal-paga. Jekk il-konjuġi/sieħeb/sieħba huwa/hija wkoll eliġibbli, id-dettalji tagħhom għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjoni.
Eliġibilità
- L-applikanti għandhom ikunu ġenituri li għandhom il-kura u l-kustodja ta’ tifel/tifla mejta taħt it-tmintax-il (18) sena.
- L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fi żmien tliet (3) xhur mill-mewt tat-tifel/tifla, li trid tkun ġrat wara 26 ta’ Diċembru 2025.
- Il-benefiċjarji għandhom jirresidu permanenti f’Malta. Jekk il-mewt iseħħ barra minn Malta, ikun meħtieġ ċertifikat mediku barrani li juri d-data tal-mewt.
- Il-Leave għal-Luttu għal-Ġenituri u l-Benefiċċju tal-Mard ma jistgħux jintalbu għall-istess perjodu.
Min mhux eliġibbli?
Dawn il-persuni m’humiex eliġibbli:
- Impjegati fuq leave mhux imħallas.
- Ħaddiema każwali li huma eżentati milli jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
- Persuni li jaħdmu għalihom infushom li jew huma eżentati milli jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta jew ma ħallsux almenu għoxrin (20) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar sentejn (2) qabel il-luttu.
- Persuni ta’ nazzjonalità barranija li ma jħallsux Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta.
Dokumentazzjoni Meħtieġa
- Impjegatur: FS3 tas-sena li tkun għaddiet (jekk ikun l-istess impjegatur li qed japplika għal rifond) u l-aħħar tliet (3) payslips.
- Persuni li jaħdmu għalihom infushom: Riċevuti ta’ Klassi 2 li juru mill-inqas għoxrin (20) kontribuzzjoni fl-aħħar sentejn (2).
Kif tapplika
Min iħaddem għandu jissottometti l-applikazzjonijiet fi żmien jumejn (2) li l-ġenitur jirritorna għax-xogħol. Ir-rifużjoni tibda mid-data meta min iħaddem jissottometti l-applikazzjoni. Applikanti li jaħdmu għal rashom jirċievu l-ħlas direttament wara l-approvazzjoni.
Biex tapplika ikklikkja hawn.




