Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Benefiċċju għal-Leave Speċjali għal Korriment fi Tqala

01/02/2026 | Aħbar Riċenti

Ħarsa Ġenerali

Dan il-benefiċċju jipprovdi leave speċjali mħallas għal impjegati jew persuni li jaħdmu għal rashom f’Malta, li jesperjenzaw korriment fi tqala fl-ewwel tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala. Min iħaddem jista’ jitlob rimbors għall-pagi mħallsa matul dan il-leave. Persuni li jaħdmu għal rashom jirċievu ħlas dirett lilhom.

X’ser jingħata

  • Impjegati: Sa sebat (7) ijiem leave imħallas għal korriment.
  • Persuni li jaħdmu għal rashom: Ħlas ta’ ġimgħa (1) skont il-paga medja nazzjonali.
  • Min iħaddem: Rimbors ta’ sebat (7) ijiem tal-paga bażika tal-impjegat.
  • Iż-żewġ konjuġi/sieħeb/sieħba: Jekk it-tnejn huma eliġibbli, it-tnejn jistgħu japplikaw.

Kif jaħdem il-proċess tal-applikazzjoni?

  • Tabib Mediku (Tabib tal-Familja, Obstetriku jew Konsulent) jibda l-applikazzjoni online.
  • Min iħaddem / Persuna li taħdem għal rasha (u min iħaddem lil Konjuġi/Sieħeb/Sieħba, jekk applikabbli) jirċievu email ta’ konferma biex tkun tista’ titkompla t-talba.
  • Min iħaddem / Persuni li jaħdmu għal rashom għandhom jissottomettu l-parti tagħhom tal-applikazzjoni fi żmien tliet (3) xhur mill-korriment tat-tqala.

Eliġibilità

  • L-applikant irid ikun ġenitur prospettiv u l-korriment irid ikun seħħ fi żmien l-ewwel tnejn u għoxrin (22) ġimgħa tat-tqala.
  • Impjegati kif ukoll persuni li jaħdmu għal rashom jistgħu japplikaw.
  • Iż-żewġ konjuġi/partners jistgħu japplikaw jekk huma eliġibbli.
  • L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin/ UE jew żwieġhom li jgħixu Malta. Jekk il-korriment waqt it-tqala iseħħ barra minn Malta, ikun meħtieġ ċertifikat tat-tabib barrani.
  • Impjegati fis-settur pubbliku ma japplikawx online iżda għandhom jikkoordinaw mad-dipartiment tal-HR tagħhom.
  • Il-benefiċċju jista’ jintalab aktar minn darba, anke fl-istess sena.

Min mhux eliġibbli?

  • Impjegati fuq leave mhux imħallas.
  • Ħaddiema każwali li ma jħallsux Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali.
  • Ħaddiema li huma eżentati mill-ħlas tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali
  • Persuni Self-employed li ma ħallsux almenu għoxrin (20) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-aħħar sentejn qabel il-korriment waqt it-tqala.
  • Persuni ta’ nazjonalita’ barranija li ma jħallsux Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’Malta.

Dokumentazzjoni Meħtieġa

  • Ċertifikat tat-tabib barrani huwa meħtieġ jekk il-korriment fit-tqala jseħħ barra minn Malta.
  • Indirizzi tal-email validi ta’ min iħaddem (jew email personali għal persuni li jaħdmu għal rashom).
  • Impjegatur: FS3 tas-sena li tkun għaddiet (jekk ikun l-istess impjegatur li qed japplika għal rifond) u l-aħħar tliet (3) payslips.
  • Persuni li jaħdmu għal rashom: Riċevuti ta’ Klassi 2 li juru mill-inqas għoxrin (20) kontribuzzjoni fl-aħħar sentejn (2).

Kif tapplika

It-tabib għandu jissottometti l-applikazzjoni online fi żmien jumejn ta’ xogħol mid-data li l-applikant jerġa’ lura għax-xogħol.

It-Tabib Mediku jrid jimla u jissottometti l-applikazzjoni online.