Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ċelebrazzjoni ta’ 64 sena fil-qasam tas-solidarjetà soċjali (verżjoni bil-malti biss)

07/05/2020 | Aħbar Riċenti, Stqarrija

Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali fakkar il-bidu formali tal-qasam tas-Solidarjetà Soċjali, u kif dan imur lura għal 64 sena ilu, meta l-Parlament Malti għadda l-ewwel ligi tas-Sigurtà Nazzjonali, sistema illi llum tgħin terz tal-popolazzjoni Maltija.

Din kienet il-liġi magħrufa bħala l-Att tas-Servizzi Soċjali li llum sarer l-Att tas-Sigurtà Soċjali. Min hemmhekk twieled ukoll id-Dipartiment tas-Servizzi Socjali li llum huwa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, il-prekursur ta’ diversi dipartimenti, u entitajiet li llum jaħdmu fil-qasam tas-solidarjetà taħt id-diversi kapep tagħha.

Xhieda ta’ kemm dan id-Dipartiment huwa b’saħħtu u effetiv, kienu l-aħħar ġimgħat, fejn mhux talli x-xogħol ma waqafx, imma żdied fl-oqsma kollha. Żdiedu benefiċċji ġodda, filwaqt li l-benefiċċji tas-soltu ma waqfux.

Żdiedu wkoll in-nies li ghandhom bzonn l-għajnuna. F’ħafna mill-każijiet, inbidel il-mod kif titwassal din l-għajnuna, imma ħadd ma tħalla lura. U kull tip ta’ għajnuna qed tasal għand min għandu bżonn fi żminijiet straordinarji.

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon stqarr li kull ħaddiem li jagħmel parti minn dan il-qasam għandu jkun kburi bil-ħidma tiegħu, għax huwa parti integrali mill-pedamenti tas-sisien soċjali b’saħħithom li ngawdu f’pajjiżna.