Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

ĠEMMA Tibda Xxandar

01/03/2026 | Aħbar Riċenti

Eċċitati nħabbru li ĠEMMA qed tniedi serje ġdida ta’ podcasts maħsuba biex iġġib l-edukazzjoni finanzjarja direttament għandek, anke meta l-ħajja tkun impenjattiva.

Dawn is-sessjonijiet ta’ podcasts jieħdu ħsieb jiddiskutu firxa wiesgħa ta’ temi finanzjarji, rilevanti u interessanti għal persuni ta’ kull età u minn kull qasam tas-soċjetà. Biex il-konversazzjonijiet jibqgħu friski u relatabbli, kull episodju jinkludi mistiedna differenti li jġibu magħhom perspettivi, esperjenzi u għarfien varjat.

Mill-immaniġġjar tal-flus ta’ kuljum sal-għażliet finanzjarji aktar għaqlin, id-diskussjonijiet tagħna huma maħsuba biex jinformaw, jagħtu s-setgħa u jispiraw, filwaqt li jgħinu lis-semmiegħa jiżviluppaw aktar kunfidenza fil-ġestjoni tal-flus b’mod prattiku u faċli.

Isma’ kif trid u meta trid. Kemm jekk miexi, issajjar, tnaddaf, tivvjaġġa jew maqbud fit-traffiku, il-podcasts  tagħna faċilment jintegrwaw  mar-rutina ta’ kuljum tiegħek. L-episodji jkunu disponibbli fuq Facebook, Spotify u YouTube, sabiex tkun tista’ tisma’ min fejn u meta jaqbel lilek.

Ikklikkja hawn biex tara l-Episodju 1 ta’ ĠEMMA –  Edukazzjoni Finanzjarja Aċċessibbli għal Kulħadd

Ikklikkja hawn biex tara l-Episodju 2 ta’ ĠEMMA – Abbuż Finanzjarju fuq Persuni Vulnerabli, Anzjani u Persuni B’Dizabilita

 

ĠEMMA – Edukazzjoni Finanzjarja, Kull Ħin, Kullimkien!