Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Ħruġ tal-ittri ta’ kull 6 Xhur lill-gruppi tal-Pensjoni kollha

26/02/2021 | Aħbar Riċenti

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ser joħroġ l-ittri ta’ kull 6 Xhur lill-gruppi tal-Pensjoni kollha li se jinkludu l-ammont tal-FS3 għas-sena 2020. Dawn l-ittri ser jiġu impustati kif ġej:

  • Pensjonanti tal-Irtirar: impustati fl-1 ta’ Marzu 2021
  • Pensjonanti Romol: impustati fit-8 ta’ Marzu 2021
  • Pensjonanti tal-Invalidità: impustati fil-15 ta’ Marzu 2021

L-ittri ta’ kull 6 Xhur ser ikun fihom informazzjoni dwar ħlasijiet maħruġa fix-xhur ta’ qabel (minn Ġunju 2020) u d-dati tal-pagamenti futuri flimkien mal-ammont li għandu jiġi depożitat sa Ġunju 2021. Fin-naħa t’isfel tal-itrra ser ikun hemm l-ammont ta’ pensjoni mħallsa matul is-sena bażika 2020. Ta’ min jinnota li l-ittri ta’ kull 6 Xhur jinħarġu għal dawk il-benefiċjarji tal-pensjoni li jitħallsu b’kreditu dirett. SMSs mhux ser jintbagħtu lill-pensjonanti mal-pagment ta’ Marzu. (Kampjun tal-ittra ta’ kull 6 Xhur)

Feedback