Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance tat-Tfal b’Diżabilità

Ħarsa ġenerali

L-Allowance għall-Tfal b’Diżabilità tista’ tingħata lil tfal li jiġu ċċertifikati li jbatu minn xi diżabilità fiżika u/jew mentali. Din l-allowance hi separata mill-Allowance tat-Tfal u hija valida sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il (16)l sena, jew erbatax-il (14) sena f’każ ta’ problemi fil-viżta.

X’se tingħata

Il-Pagamenti għal dan l-allowance jitħallsu kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

  • L-applikanti jridu jkun ta’ ċittadinanza Maltija jew miżżewweġ/miżżewġa ma’ ċittadin ta’ Malta, jew ikun ċittadin ta’ xi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadin ta’ pajjiż membru taċ-Ċarter Soċjali Ewropew, jew għandu status ta’ refuġjat u ordinarjament jirrisjedi f’Malta jew f’Għawdex. Il-persuna responsabbli tal-familja irid ikollha il-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla ikkonċernat u ċċertifikat li jbati minn diżabilità fiżika u/jew mentali minn tabib speċjalista.
    • F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
      • Wieħed mill-ġenituri/kustodji huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur/kustodju l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b’Diżabilità.
      • Wieħed mill-ġenituri/kustodji huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur/kustodju l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f’pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b’Diżabilità.
      • Wieħed mill-ġenituri/kustodji huwa impjegat legalment f’Malta u l-ġenitur/kustodju l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f’pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas Allowance tat-Tfal b’Diżabilità jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur/kustodju fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur/kustodju li impjegat f’Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex jħallas l-Allowance tat-Tfal b’Diżabilità, għalkemm il-ġenitur/kustodju l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż.
    • F’każ ta’ Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi fejn:
      • L-applikanti u t-tfal qed jgħixu f’Malta.
      • Iż-żewġ ġenituri/kustodji għandhom permessi residenzjali validi.
      • §  Wieħed jew iż-żewġ ġenituri/kustodji qed/qegħdin jaħdmu minn tal-inqas fl-aħħar sitt (6) xhur.
  • L-Allowance għat-Tfal b’Diżabilità tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea.
  • F’każijiet ta’ problemi bil-vista, din l-allowance titħallas sakemm it-tifel/tifla b’diżabilità jilħaq/tilħaq l-età ta’ erbatax-il (14) sena minħabba l-ħruġ tal-Assistenza għal persuni b’vista batuta.  Filwaqt li għal diżabilitajiet oħra din l-allowance titħallas sakemm il-minuri jilħaq/tilħaq sittax-il (16) sena minħabba l-ħruġ tal-Assistenza għal Diżabilità.

 

Proċess ta’ Applikazzjoni:

  • Il-ġenituri/kustodji tat-tifel/tifla għandhom iżuru lit-Tobba Speċjalista/ Pediatra/ Tabib li qed isegwi lit-tifel/tifla hekk kif issir id-dijanjosi tal-kundizzjoni medika. Dan it-tabib jimla l-formola ta’ applikazzjoni online. Din il-formola għandha timtela biss minn Tabib Speċjalista/ Pediatra/ Tabib Mediku li qed isegwi l-każ.
  • L-applikazzjoni tiġi evalwata nternament u tintbagħat lill-Bord Interprofessjonali jekk tikkwalifika minn aspett amministrattiv.
  • Jiġi skedat appuntament u t-tifel/tifla flimkien mal-ġenituri/kustodji tagħhom jiġu eżaminati mill-Bord Interprofessjonali.
  • L-applikazzjoni mbagħad tiġi riferuta għall-proċess ta’ ħidma skont id-deċiżjoni tal-Bord Interprofessjonali.

 

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Rispons