Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance tat-Tfal – Allowance Speċjali tal-iStudenti

Ħarsa Ġenerali

Dan il-benefiċċju jgħin ġenituri, kif ukoll ġenituri li jiffosterjaw li jkollhom tfal bejn sittax (16) u dsatax-il (19) sena imma ma għalqux għoxrin sena (20) sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bl-edukazzjoni post-sekondarja tagħhom, irrilevanti jirċievux stipendju mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew le. F’każ li l-istudent ikun jgħix waħdu, il-benefiċċju jinħareġ f’ismu. Student li jagħlaq għoxrin (20) sena matul is-sena skolastika,  xorta jibbenefika mill-massimu ta’ tliet (3) pagamenti ta’ ħames-mitt ewro (€500) fis-sena sakemm jibqa’ fl-edukazzjoni post-sekondarja. Tali benefiċċju jingħata wkoll lill-ġenituri li jiffosterjaw.

X’se tingħata

Il-pagament tal-Allowance Speċjali tal-Istudenti huwa ta’ ħames mitt ewro (€500) fis-sena  għal-massimu ta’ tlett (3) snin li jibdew mat-tmiem tal-ewwel sena post-sekondarja:

  • Lil ġenituri u ġenituri li jiffosterjaw sakemm it-tfal eleġibbli jibqgħu jgħixu mal-istess ġenituri/ġenituri kustodji u jkomplu bil-kors post-sekondarju tagħhom, jew
  • Lil studenti li jkunu jgħixu waħedhom u li jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibilità

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Għall-ġenituri u ġenituri li jiffosterjaw, residenti f’Malta għall-perjodu ta’ mhux inqas minn l-aħħar ħames (5) snin, li jkollhom tfal li għadhom jgħixu magħhom u li għandhom bejn sittax (16) u dsatax-il (19) sena, imma ma għalqux għoxrin (20) sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bl-edukazzjoni full-time f’Malta, kemm jekk jirċievu stipendju jew le.
  • Studenti residenti f’Malta għall-perjodu ta’ mhux inqas minn l-aħħar ħames (5) snin li huma ffosterjati fi djar li jingħataw l-għajnuna mill-Gvern bl-iskema tal-PSP, liema studenti għandhom bejn sittax (16) u dsatax-il (19) sena imma, ma għalqux għoxrin (20) sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bl-edukazzjoni full-time f’Malta, kemm jekk jirċievu stipendju jew le.
  • Studenti residenti f’Malta għall-perjodu ta’ mhux inqas minn l-aħħar ħames (5) snin li jgħixu waħedhom, għandhom bejn sittax (16) u dsatax-il (19) sena imma ma għalqux għoxrin (20) sena fil-bidu tas-sena skolastika u li jkomplu bl-edukazzjoni full-time f’Malta, kemm jekk jirċievu stipendju jew le.
  • L-istudent irid ikun jattendi istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja li tkun rikonoxxuta mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA).
  • Dan il-benefiċċju m’għandux test tal-mezzi għaldaqstant student jista’ ikollu impjieg part-time fil-perjodu li jkun student full-time.
  • Il-ġenituri ta’ tfal li diġà jirċievu Allowance tat-Tfal għal wild ta’ bejn sittax (16) u wieħed u għoxrin (21) sena, jistgħu xorta jkunu eliġibbli.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ma hemmx dokumenti meħtieġa biex tikkwalifika għal dan l-allowance għal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolji tal-istat. Intant, studenti li jattendu kors post-sekondarju f’Istituzzjoni Edukattiva għolja privata li hija liċenzjata mal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA), iridu jipprovdu dikjarazzjoni mill-Kap tal-Istituzzjoni.

Kif tapplika

Peress li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali  jiġbor l-informazzjoni meħtieġa dwar studenti li jattendu edukazzjoni post-sekondarja tal-istat mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni m’hemmx applikazzjoni relatata ma’ dan il-benefiċċju. Intant, dawk l-istudenti li jattendu kors post-sekondarju f’istituzzjoni privata ta’ post-sekondarja liċenzjata mal-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Għolja (MFHEA), ikunu jridu jissottomettu dikjarazzjoni.