Pensjoni Kontributorja tar-Romol
Taħt il-Ftehim tas-Sigurtà Soċjali bejn Malta u l-Kanada
Ħarsa ġenerali
Il-Pensjoni tar-Romol tista’ tingħata lil persuna wara l-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti ta’ kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).
X’se tingħata
Il-Pensjoni Kontributorja tar-Romol titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jinforma lill-applikant bil-miktub dwar ir-riżultat tat-talba. Ladarba tingħata, l-pensjoni, tiġi depożitata f’kont bankarju kif speċifikat mill-applikant fl-applikazzjoni.
Bis-saħħa tal-ftehim reċiproku, il-pensjonanti jingħataw pensjoni fuq bażi pro-rata skond in-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa f’Malta tul il-perjodu tax-xogħol kollu tagħhom f’Malta u l-Kanada.
Pensjoni Kontributorja tar-Romol tingħata b’effett mill-jum ta’ wara l-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba.
Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna li tormol u tkun għadha ma laħqitx l-età tal-irtirar, tista’ tkun eliġibbli għall-Pensjoni Kontributorja tar-Romol wara l-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba, jekk minimu ta’ 156 Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali (ekwivalenti għal 3 snin – 52 kontribuzzjoni fis-sena) kienu mħallsa mill-konjuġi/sieħeb/sieħba
- Pensjoni Kontributorja tar-Romol titħallas mingħajr ebda tnaqqis jekk il persuna li tormol tkun qed twettaq xogħol bi qligħ full-time. Madankollu, jekk persuna li tormol terġa’ tiżżewweġ, titħallas rata fissa tal-Pensjoni tar-Romol
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ċertifikati tat-twelid u żwieġ, f’każ li mhumiex irreġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta
- Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba (jekk il-mewt ma kienitx irreġistrata fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta)
Kif tapplika
Persuna residenti fil-Kanada li tixtieq tapplika għall-Pensjoni tal-Invalidità billi timla l-applikazzjoni relattiva li tista’ titniżżel (verżjoni bl-ingliż biss) mill-website tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Alternattivament, din tista’ tinkiseb mill-uffiċċju Service Canada jew mill-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Toronto.
Madankollu, huwa Service Canada li fl-aħħar għandu jgħaddi l-applikazzjoni lil Malta.
Mistoqsijiet Frekwenti
Xi tfisser ‘armla/armel‘ għal skopijiet ta’ Sigurtà Soċjali?
‘Armla/Armel’ hija/hu l-konjuġi ħajja/ħaj jew ex-konjuġi ta’ koppja miżżewġa jew iddivorzjata, sakemm ‘l-armla/armel’ attwali tkun/ikun il-konjuġi ħajja/ħaj ta’ koppja miżżewġa li, immedjatament qabel ma mietet/miet, kienet/kien miżżewġa/miżżweġ mal-konjuġi mejta/mejjet li kellha/kellu dritt legali ta’ manteniment. F’każ ta’ koppji ddivorzjati, il-pensjoni għandha titħallas fuq bażi pro-rata skond it-tul taż-żwieġ. L-istess japplika fil-każ ta’ koppji tal-istess sess.
Meta persuna tormol, tibda tirċievi l-Pensjoni tar-Romol awtomatikament?
Persuna li romlot għandha tippreżenta applikazzjoni sabiex titlob id-dritt tagħha għall-pensjoni. Tali applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata għand l-uffiċċju Service Canada.
X’jiġri wara li persuna tapplika għall-Pensjoni tar-Romol?
Ladarba d-Dipartiment jirċievi applikazzjoni għall-Pensjoni tar-Romol, il-kriterji ta’ eliġibbiltà jiġu vverifikati. Imbagħad il-medja tal-kontribuzzjonijiet imħallsa tal-konjuġi/sieħeb/sieħba u/jew ikkreditati tkun ikkalkulata. Il-kalkoli tad-dħul pensjonabbli tal-konjuġi/sieħeb/sieħba huma wkoll effettwati. Fl-aħħar, dan iwassal għar-rata applikabbli tal-pensjoni pagabbli lil dik il persuna partikolari li tkun romlotdak. Ladarba dan il-proċess jiġi ffinalizzat, il-ħlasijiet jinħarġu regolarment kull 4 ġimgħat.
X’inhuma l-kundizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjonijiet biex tkun intitolat għall-Pensjoni tar-Romol jew Superstiti?
Kull tip ta’ Pensjoni hija soġġetta għal test ta’ kontribuzzjonijiet. It-test għall-Iskema ta’ Pensjoni tar-Romol li ilu jeżisti mill-1956, huwa soġġett għal minimu ta’ 156 kontribuzzjoni li iridu ikunu tħallsu mill-konjuġi/sieħeb/sieħba mejjet matul il-ħajja tax-xogħol tiegħu, u matul dan il-perjodu iridu ikunu tħallsu jew akkreditat medja ta’ 20 kontribuzzjoni fis-sena. Il-medja tal-kontribuzzjoni tista’ taffettwa r-rata tal-pensjoni. Fil-każ ta’ intitolament għall-Pensjoni tas-Superstiti, l-ewwel test ta’ kontribuzzjoni jispeċifika li l-konjuġi/sieħeb/sieħba mejjet irid ikun ħadem għal mill-inqas 10 snin. It-tieni test jispeċifika li matul perjodu ta’ 30 sena ta’ assigurazzjoni (jew aktar skont is-sena tat-twelid), medja minima ta ’15-il kontribuzzjoni fis-sena kellha titħallas.Il-perjodu ta’ 30 sena (jew aktar*) huwa maqsum fi tnejn: l-aħħar 10 snin qabel il-mewt tal-konjuġi/sieħeb/sieħba; u kwalunkwe perjodu ieħor ta’ 20 sena. Il-perjodu ta’ 30 sena jista’ jitqassar f’ċirkostanzi fejn konjuġi/sieħeb/sieħba imut f’età relattivament żgħira. Ir-rata tal-pensjoni applikabbli f’ċirkustanza bħal din hija wkoll soġġetta għall-medja tal-kontribuzzjoni.
**Għal iktar informazzjoni ara l-iskeda dwar il-Pensjoni tal-Irtirar
Jekk persuna li tkun romlot terġa’ tiżżewweġ, tibqa’ tirċievi l-Pensjoni tar-Romol?
Meta persuna li tkun romlot terġa’ tiżżewweġ, il-Pensjoni tar-Romol tieqaf. Madankollu, tkun intitolata li tirċievi Gratwità taż-Żwieġ, li titħallas indefinittivament. Ir-rata ta’ kull ġimgħa tal-Gratwità taż-Żwieġ għandha tkun ekwivalenti għar-rata tal-pensjoni Minima Nazzjonali applikabbli.
Hemm dritt li tappella d-deċiżjoni tal-Pensjoni tar-Romol?
Iva, jekk persuna ma taqbilx mad-deċiżjoni tad-Dipartiment, hija għandha d-dritt li tagħmel appell mal-Uffiċċju tal-Arbitru. Applikazzjoni online hija disponibbli.
Ċertifikazzjoni tal-Ħajja
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jitlob ċertifikazzjoni tal-ħajja fuq bażi regolari mill-benefiċjarji tiegħu li jgħixu barra minn Malta. Tintbagħat formola ta’ Ċertifikat tal-Ħajja lil kull persuna li tirċievi pensjoni jew benefiċċju. Din il-formola teħtieġ dikjarazzjoni mill-benefiċjarju, minn ‘next of kin’ nominat u minn xhud bi sfond professjonali. L-informazzjoni pprovduta fiċ-ċertifikat tal-ħajja tiżgura li l-informazzjoni miżmuma mid-Dipartiment tkun preċiża u aġġornata.
Uffiċċju tal-Konsulat Ġenerali ta’ Malta fil-Kanada
Konsulat Ġenerali ta’Malta
The Sun Life Financial Centre
3300, Bloor Street West
Etobicoke, Ontario M8X 2X2
Canada
Tel – (001416) 2070922
Fax – (001416) 2070986
Email – maltaconsulate.toronto@gov.mt
Uffiċċji Service Canada
International Operations
Income Security Programs / Human Resources Development Canada
16th Floor, Tower B
355, North River Road
Ottawa Ontario KIA OL4
Canada
Tel – (001613) 9571954
Website – www.servicecanada.gc.ca