Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għajnuna dwar il-Lebbra

Ħarsa ġenerali

L-Għajnuna dwar il-Lebbra tingħata lil persuna li tbati mill-Marda tal-Lebbra jew il-Marda ta’ Hansen, jew li għandha membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u li qed isofri minn waħda minn dawn il-mardiet.

X’se tingħata

L-Għotja dwar il-Lebbra titħallas indefinittivament sakemm l-applikant ma jattendix għat-trattament mediku jew jiddaħħal l-isptar.

L-Għajnuna dwar il-Lebbra titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi għalhekk jistgħu japplikaw applikanti li huma impjegati.

  • L-applikant jew xi membru tal-familja li jgħix fl-istess dar u li qed isoffri mill-Marda tal-Lebbra jew il-Marda ta’ Hansen.

Dokumenti Neċessarji

  • Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.