Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Eżenzjoni minn Ħlas tal-Parti tal-Prinċipal tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali minn Anzjani jew Persuni b’Diżabilità u li Jimpjegaw Carer

Ħarsa ġenerali

Persuna anzjana jew persuna b’diżabilità li timpjega carer, bħala l-impjegat, jista’ jitlob li jkun eżentat milli jħallas is-sehem tiegħu tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala prinċipal li jħaddem carer. Minkejja dan, min iħaddem carer, xorta għandu jħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-carer bħala l-impjegat.

X’ser jingħata

Ċertifikat ta’ Eżenzjoni jinħareġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jeżenta lill-applikant milli jħallas is-sehem tiegħu tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala min iħaddem carer.

Iċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni huwa validu għal tnax-il (12) xahar u għandu jiġi mġedded kull sena jew wara bidla fiċ-ċirkostanzi ta’ impjieg tal-carer, bħala l-impjegat, eżempju bidla fil-carer.

L-applikant, bħala min iħaddem, iħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi I f’isem il-carer bħala l-impjegat, lill-Kummissarju tat-Taxxi kull xahar permess tas-sistema FS-5. Madankollu, meta jiġi anness kopja taċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, l-applikant. Bħala min iħaddem, jista’ ma jħallasx is-sehem tiegħu ta’ ħlasijiet ta’ Kontibuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mill-ħlasijiet tal-FS-5.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Il-carer, li huwa l-impjegat, għandu jkun assigurat taħt is-Sigurtà Soċjali Maltija skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u għalhekk għandu jkollu numru ta’ reġistrazzjoni tas-Sigurtà Soċjali. Ikklikkja hawn biex il-carer jirreġistra taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali.
  • L-applikant, bħala min iħaddem, għandu jirreġistra l-impjieg tal-carer mal-Jobsplus u l-Kummissarju tat-Taxxi, u b’hekk ikollu numru tal-PE, li huwa n-numru maħruġ permezz tal-Kummissarju tat-Taxxi meta jirreġistra bħala min iħaddem.
  • Il-carer, bħala l-impjegat, għandu jkollu permess tax-xogħol mill-Jobsplus

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.