Eżenzjoni minn Ħlas tal-Parti tal-Prinċipal tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali minn Anzjani jew Persuni b’Diżabilità u li Jimpjegaw Carer
Ħarsa ġenerali
Persuna anzjana jew persuna b’diżabilità li timpjega carer (impjegat) jista’ jitlob li jkun eżentat milli jħallas is-sehem tiegħu tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala prinċipal li jħaddem carer.
Minkejja dan, min iħaddem carer, xorta għandu jħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-carer (impjegat).
X’ser jingħata
Ċertifikat ta’ Eżenzjoni jinħareġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jeżenta lill-applikant milli jħallas is-sehem tiegħu tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala min iħaddem carer.
Iċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni huwa validu għal 12-il xahar u għandu jiġi mġedded kull sena jew wara bidla fiċ-ċirkostanzi ta’ impjieg tal-carer (impjegat) (eż. bidla fil-carer).
L-applikant (min iħaddem) iħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi I f’isem il-carer (impjegat) lill-Kummissarju tat-Taxxi kull xahar permess tas-sistema FS-5. Madankollu, meta jiġi anness kopja taċ-Ċertifikat ta’ Eżenzjoni maħruġ mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, l-applikant (min iħaddem) jista’ ma jħallasx is-sehem tiegħu ta’ ħlasijiet ta’ Kontibuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mill-ħlasijiet tal-FS- 5.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Il-carer (impjegat) għandu jkun assigurat taħt is-Sigurtà Soċjali Maltija skont l-Att dwar is- Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) u għalhekk għandu jkollu numru ta’ reġistrazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (applikazzjoni online).
- L-applikant (min iħaddem) għandu jirreġistra l-impjieg tal-carer mal-Jobsplus u l-Kummissarju tat-Taxxi, u b’hekk ikollu Numru tal-PE (in-numru maħruġ permezz tal-Kummissarju tat-Taxxi meta jirreġistra bħala min iħaddem).
- Il-carer (impjegat) għandu jkollu permess tax-xogħol mill-Jobsplus.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.