Aħbarijiet Reċenti:

Kontribuzzjoniet tas-Sigurtà Soċjali

Impjieg Assigurat

Taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) kull kuntratt ta’ servizz jew apprentistat, miktub jew orali, kemm jekk espress jew implikat, minn jew taħt il-Gvern ta’ Malta, huwa impjieg assigurabbli. It-terminu “okkupat bi qliegħ” jirreferi wkoll għal persuna li hija impjegata f’impjieg assigurabbli jew li taħdem għal rasha.

Jista’ jkun hemm biss impjieg wieħed assigurabbli fl-istess ħin, u f’każ ta’ aktar minn impjieg wieħed konkorrenti, l-impjieg assigurabbli jkun dak li jipprovdi l-ogħla dħul jew qligħ.
Impjiegi assigurati huma kklassifikati f’2 kategoriji:

  • Persuni mpjegati (impjegati ma’ fornitur ta’ impjieg jew min iħaddem)
  • Persuni li jaħdmu għalihom infushom (self-occupied) (li jaqilgħu dħul minn kummerċ jew ħila)

Taħt każijiet speċifiċi kif preskritti fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, il-persuni jistgħu wkoll ikunu assigurati
bħala:

  • Persuni li jaħdmu għal rashom (li jaqilgħu dħul minn kirjiet, interessi, u investimenti)Social Security Contributions

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Il-persuni kollha li għandhom aktar minn 16–il sena u li għadhom ma laħqux l-età tal-irtirar ta’ 65 sena, u li huma f’impjieg assigurabbli, huma suġġetti li jħallsu l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali. Il- Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali jitħallsu f’rati ta’ kull ġimgħa, u kull sena ta’ xogħol bi qligħ tkopri 52 jew 53 kontribuzzjoniji tas-Sigurtà soċjali (skont in-numru annwali ta’ Tnejn) fuq ir-rendikont tal- kontribuzzjoni ta’ min iħallas.

Persuni jistgħu wkoll jiksbu Skeda ta’ Storja ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Din tkun maqsuma f’Kontribuzzjonijiet kif ukoll Klassi ta’ Krediti.
Hemm 3 tipi ta’ Klassi:

  • Klassi 1 – imħallas minn persuni impjegati
  • Klassi 2 – imħallsa minn persuni li jaħdmu għal rashom
  • Klassi 3 – imħallsa minn Persuni li jaħdmu għal rashom (bi dħul biss minn kirjiet, interessi, u
    investimenti – jiġifieri mhux minn Jobsplus ikkunsidrat bħala xogħol jew kummerċ), u taħt ċerti kundizzjonijiet jiġifieri, jew:
    • Irid ikun ħallas Kontribuzzjonijiet tal-Klassi 2 qabel l-2004
    • Ibbenifika minn Skemi tal-Irtirar Kmieni rikonoxxuti mill-Gvern
    • Huma Persuni waħedhom
    • Kontribuzzjonijiet ta’ arretrati mħallsa mill-Iskema Retrosospettiva (Baġit 2015) o Arretrati mħallsa tal-Kontribuzzjonijiet mill-Iskema tal-Libja (Baġit 2019)

Hemm 3 tipi ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali:

  • UN – Taħt l-Età (għal kontribuzzjonijiet imħallsa qabel it-18-il sena)
  • ST – Standard (għal kontribuzzjonijiet imħallsa wara 18-il sena)
  • 5C – Imħallas minn klijenti li kienu jaħdmu barra mill-pajjiż u applikaw mad-Dipartiment tas-
    Sigurtà Soċjali biex joħorġu permess biex ikunu jistgħu jħallsu l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bħala Klassi 1

Persuni Mpjegati

Persuni mpjegati li ma jaqgħux taħt it-Taqsima 2 tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) għandhom iħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 b’rati tal-kontribuzzjoni applikabbli skont il-Parti I tal-Għaxar Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318). Il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 huma maqsuma fil-Kategorija A (għal persuni taħt it-18-il sena), Kategoriji B, Ċ u D skont id-dħul iddikjarat u s-sena tat-twelid. Impjegati part-time li huma impjegati għal inqas minn 8 sigħat, impjegati mal-istess persuna, f’kull ġimgħa kalendarja waħda, mhumiex ikkunsidrati li huma f’impjieg assigurabbli għall-finijiet ta’ Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, madankollu jekk il-qligħ annwali tagħhom mill-impjieg jeċċedi d-€910, kontribuzzjoni bir-rata ta’ persuna li timpjega lilha nnifisha tkun dovuta.

Il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali minn persuni mpjegati jissejħu Kontribuzzjonijiet tal-Klassi 1 u jitħallsu minn tnaqqis dirett mill-paga/salarju tal-istess impjegati. F’xenarju normali, rata mħallsa jew imnaqqsa mill-paga/salarju tal-impjegat, titħallas ukoll minn min iħaddem.

Ir-rata ta’ Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali dovuta hija bbażata fuq il-qligħ li ġej mill-Paga Bażika fil- Ġimgħa. Din il-paga bażika fil-ġimgħa ma tinkludix allowances, bonusijiet, u/jew sahra akkwistata f’ġimgħa partikolari.

Impjegati part-time li għaldaqstant jaħdmu inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa u li jaqilgħu inqas mill- Paga Nazzjonali Minima fil-ġimgħa jistgħu jagħżlu li jkollhom is-sehem tagħhom fuq il- Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, imħallsa bir-rata ta’ 10% tal-paga bażika tagħhom fil-ġimgħa. Din ir-rata ta’ kontribuzzjoni tissejjaħ ‘Pro-rata’ u ma tapplikax għas-sehem ta’ min iħaddem, li għandu jħallas ir-rata ta’ kull ġimgħa sħiħa applikabbli. Wieħed għandu jikkunsidra wkoll li meta jħallas il- Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali b’10% pro-rata, għal skopijiet ta’ informazzjoni dawn ma jiġux ikkunsidrati bħala kontribuzzjoni waħda fil-ġimgħa, iżda għandhom valur proporzjonali skont ir-rata sħiħa applikabbli fil-ġimgħa.

Is-sehem tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali taħt il-Klassi 1 ta’ min jimpjega kif ukoll tal-ħaddiem huma mħallsa lill-Kummissarju tat-taxxi interni fi ħlasijiet kull xahar minn min iħaddem.

Persuni li jimpjegaw lilhom infushom (self-occupied)

Persuna li timpjega lilha innifisha hija:

  • Persuna mhux impjegata
  • Persuna li taqa’ taħt Taqsima II tal-Ewwel Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)
  • Persuna nvoluta f’xi attività li permezz tagħha hemm qligħ miksub li jaqbeż d-€910 fis-sena

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali dovuti minn persuni li jimpjegaw lilhom infushom huma msemmija bħala Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2.

Persuni li huma mpjegati għal inqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa iżda jaqilgħu aktar minn €17.50 fil-ġimgħa (€910 fis-sena), huma kkunsidrati bħala persuni li jimpjegaw lilhom infushom (self-occupied) għal skopijiet ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali dovuta hija bbażata fuq dħul miksub minn dħul annwali nett mix-xogħol jew professjoni, bbażat fuq is-sena kalendarja ta’ qabel dik tal-ħlas.

Dawk in-nisa li jimpjegaw lilhom infushom fuq bażi part-time, studenti u pensjonanti, li jaqilgħu inqas minn €10,666 fis-sena (Sena bażi 2020) jistgħu jagħżlu li jkollhom is-sehem tagħhom fuq il- Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, imħallsa bir-rata ta’ 15% tad-dħul bażiku tagħhom fil-ġimgħa. Din ir-rata ta’ kontribuzzjoni tissejjaħ ‘pro-rata’. Wieħed għandu jikkunsidra wkoll li meta jħallsu l- Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali bil-15% pro-rata, għal skopijiet ta’ informazzjoni dawn ma jiġux kkunsidrati bħala kontribuzzjoni waħda fil-ġimgħa, iżda għandhom valur proporzjonali skont ir-rata sħiħa applikabbli fil-ġimgħa.

Il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ta’ persuni li jimpjegaw lilhom infushom jitħallsu lil Kummissarju tat-Taxxi Interni kull 4 xhur, jiġifieri f’April, Awissu u Diċembru rispettivament.

Persuni li jaħdmu għalihom infushom (self-employed)

Persuna self-employed tfisser persuna li għadha ma għalqitx il-65 sena, hija ordinarjament residenti f’Malta, u mhix persuna impjegata jew persuna li timpjega lilha nnifisha.

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali minn persuni li jaħdmu għalihom infushom huma msemmija bħala Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2. Id-differenza fil-valur bejn il-kontribuzzjonijiet ta’ persuna li timpjega lilha nnifisha (Self-occupied) tal-Klassi 2 u l-kontribuzzjonijiet ta’ persuna li tahdem għaliha nnifisha (Self-employed) hija li l-kontribuzzjonijiet ta’ min jaħdem għalih innifsu (Self- employed) huma validi biss għal skopijiet ta’ pensjoni, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet ta’ min jimpjega lilu nnifsu (Self- Occupied) huma validi kemm għal skopijiet ta’ eliġibbiltà ta’ pensjoni kif ukoll għal Benefiċċji li jingħataw għal żmien qasir.

Ir-rata ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali dovuta hija bbażata fuq dħul li ġej mid-dħul nett annwali minn kirjiet, interessi bankarji jew investimenti finanzjarji, bbażati fuq is-sena kalendarja ta’ qabel dik tal-ħlas. Ir-rati huma simili għal dawk ta’ persuni li jimpjegaw lilhom infushom (Self-occupied) bl- eċċezzjoni tar-rata SP tal-Klassi 2 li hija applikabbli biss għal persuna waħedha li għandha dħul annwali ta’ izjed minn €1,006 izda mhux aktar minn €9,205.

B’effett mill-5 ta’ Jannar 2004, persuna miżżewġa li mhix legalment separata ma tistax titqies bħala persuna li taħdem għal rasha u għalhekk ma tistax tħallas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali sakemm ma tkunx qed tikseb dħul minn okkupazzjoni bi qligħ. Din il-kundizzjoni ma tapplikax għal persuni waħedhom.

Madankollu, kull persuna miżżewġa li ma tkunx legalment separata u li tterminat l-impjieg tagħha biex tieħu sehem fi skema ta’ rtirar kmieni, kif rikonoxxut mid-Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, dik il-persuna għandha, jekk tagħżel hekk, titqies bħala persuna li taħdem għaliha nnifisha (self- emlployed). Għalhekk dik il-persuna tista’ tħallas il-kontribuzzjonijiet applikabbli tal-Klassi 2 għal skopijiet ta’ pensjoni biss.

Il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-persuni li jaħdmu għalihom infushom jitħallsu lill- Kummissarju tat-Taxxi Interni kull 4 xhur, jiġifieri f’April, Awissu u Diċembru rispettivament.

Persuni mpjegati barra mill-pajjiż

L-Artikolu 13(i) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) jipprovdi l-possibbiltà għal persuni mpjegati taħt kuntratt ta’ servizz barra minn Malta, iżda li jżommu r-residenza ordinarja tagħhom f’Malta, li jistgħu jagħmlu talba lid-Direttur tas-Sigurtà Soċjali li jħallsu il-kontribuzzjonijiet tal-Klassi 1 (persuna mpjegata) minflok kontribuzzjonijiet tal-Klassi 2. Għal dan il-għan, l-Arikolu 13(i) jgħid li l-ebda kontribuzzjoni tas- sigurtà soċjali m’għandha titħallas minn jew f’isem min iħaddem.

Għalkemm ekwivalenti għal kontribuzzjonijiet tal-Klassi 1, il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali taħt l- Artikolu 13(i) jitħallsu bl-istess mod bħal kontribuzzjonijiet tal-Klassi 2 bħal ta’ persuna li timpjega lilha nnifisha. Dawn jitħallsu lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni kull 4 xhur, jiġifieri f’April, Awissu u Diċembru rispettivament, jew sakemm l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol jibqgħu japplikaw.

Id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 13 (i) huma wkoll applikabbli fil-każ ta’ persuna li tkun qed tieħu sehem fi skema ta’ taħriġ ma’ Istituzzjoni Ewropea fejn tingħata għotja minflok salarju.

Font Resize
Contrast