Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Rati ta’ Kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi 2025 (Persuni li jaħdmu għalihom infushom)

Kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi jitħallsu mill-persuni kollha li jiksbu dħul ta’ aktar minn €910 minn attività ekonomika u li mhumiex impjegati.

Persuni li jaħdmu għalihom infushom (Self-Occupied Persons): jiksbu dħul minn Kummerċ, Negozju, Professjoni, Vokazzjoni jew kwalunkwe attività ekonomika oħra li taqbeż l-ammont ta’ €910 fis-sena.

Persuni li jaħdmu għal rashom (Self-Employed Persons): jirċievu dħul minn kirjiet, investimenti, qligħ kapitali jew kwalunkwe dħul ieħor.

Ir-Rati għat-Tieni Klassi huma bbażati fuq il-profitt jew dħul nett annwali għas-sena ta’ qabel is-sena tal-ħlas tal-kontribuzzjoni.

Kategorija Deskrizzjoni  
 
SP Din ir-rata tapplika biss għal persuni waħedhom li ma jaħdmux għalihom infushom.  
  Minn Sa Rata fil-Ġimgħa    
  €1,005 €10, 840.40 €31.27    
Ir-Rata SP tapplika biss għal persuni waħedhom li ma jaħdmux għalihom infushom.
 
SA Minn Sa Rata fil-Ġimgħa Bdiewa Full Time **  
  €910 €12,355.40 €35.64 €23.76  
* €35.64 jew 15% tal-qligħ nett annwali jekk il-persuna tkun mara li taħdem għal rasha part-time, student/a full-time li j/taħdem part-time għal rasu/ha, jew pensjonant/a li j/taħdem part-time għal rasu/ha, li l-qligħ nett annwali tiegħu/tagħha ma jaqbiżx €12,355.40.
Jekk il-persuna assigurata tagħżel li tħallas kontribuzzjoni li hija inqas minn € 35.64, kontribuzzjoni bħal din tista’, jekk il-persuna tikkwalifika għal benefiċċju jew pensjoni kontributorja, tirriżulta fil-ħlas tal-benefiċċju jew pensjoni kontributorja mnaqqsa.
 
Persuni li twieldu fil-31 ta’ Diċembru 1961 jew qabel:
 
SB Minn Sa Rata fil-Ġimgħa Bdiewa Full Time / Priġunieri  
  €12,355.40 €23,500 15% 10%  
 
SC Minn Sa Rata fil-Ġimgħa Bdiewa Full Time / Priġunieri  
  €23,500 N/A €67.79 €45.19  
 
Persuni li twieldu fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara:
 
SB Minn Sa Rata fil-Ġimgħa Bdiewa Full Time  
  €12,355.40 €28,303.36 15% 10%  
 
SC Minn Sa Rata fil-Ġimgħa Bdiewa Full Time / Priġunieri  
  €28,303.36 N/A €81.64 €54.43  

*Iż-żieda fl-ogħla rata ta’ konribuzzjoni hija relatata ma’ dħul pensjonabbli massimu garantit bħala rizultat tar-riforma tal-pensjonijiet li saret liġi bis-saħħa tal-ATT XIX tal-2006 u l-AL 336 tal-2006.

**Ir-rata mnaqqsa hija applikabbli għall-Bdiewa Full-Time kif identifikati mid-Dipartiment tal-Agrikoltura.