Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz huwa ddisinjat għall-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali li jridu jaraw u jsegwu d-dettalji tal-pagamenti tagħhom. Jipprovdi ħarsa dettaljata u komprensiva tal-Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali kollha riċevuti matul l-aħħar ħames (5) snin. Kemm jekk tirċievi pagament b’Ċekk, Kreditu Dirett jew Kreditu ta’ Benefiċċju tal-Enerġija, dan is-servizz jippermettilek taċċessa d-dettalji tal-pagamenti tiegħek faċilment.
X’se tingħata
- Tara l-Pagamenti: Aċċessa lista dettaljata tal-Pagament tas-Sigurtà Soċjali tiegħek magħmula b’Ċekk, Kreditu Dirett, u Kreditu ta’ Benefiċċju tal-Enerġija tal-aħħar ħames (5) snin.
- Dettalji tal-Pagament: Agħżel kwalunkwe pagament mil-lista biex tara dettalji addizzjonali, li jinkludi:
- Informazzjoni dwar l-Intitolament: Ifhem il-bażi tal-ħlas tiegħek.
- Dettalji tal-Kont Bankarju: Ara l-informazzjoni tal-kont bankarju assoċjat mal-pagamenti tal-Kreditu Dirett.
- Dettalji ta’ l-Indirizz: Ara d-dettalji ta’ l-indirizz marbuta ma’ Pagamenti ta’ Ċekk.
(Nota: Kreditu għall-Benefiċċju tal-Enerġija ma jinkludix dettalji tal-indirizz).
Eliġibbiltà
- Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija Maltija Identità.
Kif taċċessa s-servizz
Biex taċċessa l-lista tal- Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali, trid tawtentika lilek innifsek billi tuża l-kont tal-e-ID tiegħek.
Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:
- Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Pagamenti tas-Sigurtà Soċjali’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
- Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.