Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz huwa maħsub sabiex benefiċjarju jkun jista’ jiġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa tas-Sigurtà Soċjali għal sena speċifika f’dawn l-aħħar 5 snin. Din id-dikjarazzjoni mhijiex FS3 u ma tistax tintuża għal skopijiet ta’ taxxa. Peress li dan huwa dokument elettroniku, ma jeħtieġx firma.

X’se tingħata

  • Meta tagħżel ‘Iġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa’ għal sena f’dawn l-aħħar 5 snin, l-utent tingħatalu għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa f’format ta’ PDF jew jirċievi d-dokument b’email
  • Jekk l-utent jagħżel li jirċievi d-dikjarazzzjoni permezz tal-email, u tkun l-ewwel darba li qed jintuża dan is-servizz, jista’ jispeċifika l-indirizz tal-email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l-indirizz tal-email bħala dak li jrid li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l-użu sessegwenti tas-servizz, dan l-indirizz tal-email imniżżel jiġi muri awtomatikament

Eliġibbiltà

Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.

Kif taċċessa s-servizz

L-utent irid jawtentika billi juża login ta’ e-ID u password sabiex jaċċessa s-servizz biex jiġġenera Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa.

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Rispons