Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Jitnieda Servizz Online Ġdid – Ċertifikat tal-Ħajja – Issottometti

01/05/2024 | Aħbar Riċenti

Ħarsa ġenerali

Iċ-Ċertifikati tal-Ħajja jiġu ġġenerati mill-Unità tar-Relazzjonijiet Internazzjonali (IRU) u jintbagħtu bil-posta lill-benefiċjarji tas-sigurtà soċjali residenti barra minn Malta. Jekk l-IRU ma tirċevix lura ċ-Ċertifikat tal-Ħajja mingħand il-benefiċjarju fi żmien ħamsa u erbgħin (45) jum, allura l-pagamenti kollha tal-benefiċċji jitwaqqfu.

Is-servizz biex iċ-Ċertifikat tal-Ħajja jittella’ online huwa mmirat biex jissimplifika l-proċess biex benefiċjarji barranin tas-sigurtà soċjali li jkunu qed joqogħdu barra minn Malta jissottomettu ċ-Ċertifikat tal-Ħajja tagħhom, u b’hekk jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi u jtejjeb l-aċċessibbiltà.

Il-benefiċjarji għandhom jaċċessaw il-webapp mySocialSecurity u jinnavigaw lejn it-taqsima għas-Servizzi Online. Malli jagħżel is-servizz taċ-Ċertifikat tal-Ħajja – Issottometti, il-benefiċjarju għandu jdaħħal ir-Referenza tad-Dokument taċ-Ċertifikati tal-Ħajja u r-Referenza tal-IRU (li huwa n-numru tal-pensjoni). Dawn iż-żewġ referenzi issibhom fl-ewwel paġna taċ-Ċertifikat tal-Ħajja li jkun intbagħat lill-benefiċjarju. Ladarba tiddaħħal din l-informazzjoni, titla awtomatikament id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat u s-sena kalendarja taċ-Ċertifikat tal-Ħajja. Il-benefiċjarju mbagħad jipproċedi billi jiddaħħal l-indirizz tal-email validu. Dan l-indirizz tal-email jintuża’ għal aktar komunikazzjoni lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jipproċedi billi jtella’ l-kopja skennjata taċ-ċertifikat tal-ħajja mimli biex jagħmel sottomessjoni kompluta. Konferma ta ’sottomissjoni b’ suċċess tingħata permezz ta’ email.

Fis-sottomessjoni jrid jittella’ ċ-Ċertifikat tal-Ħajja tal-Benefiċjaru biss u mhux jinkludi ukoll dak tal-konjuġi. F’każ li jkun hemm Ċertifikat tal-Ħajja tal-konjuġi jkun irid jittella’ f’sottomessjoni separata.

X’se tingħata

Il-benefiċjarji tas-sigurtà soċjali residenti barra l-pajjiż se jkollhom il-konvenjenza li jissottomettu ċ-ċertifikati tal-ħajja tagħhom online permezz tal-webapp mySocialSecurity.

Eliġibilità

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Is-servizz huwa disponibbli għall-benefiċjarji tas-sigurtà soċjali residenti barra l-pajjiż li huma meħtieġa jissottomettu Ċertifikati tal-Ħajja biex jibqgħu ntitolati għall-benefiċċji tagħhom. Il-benefiċjarji jridu jkunu rċevew notifika mill-Unità tar-Relazzjonijiet Internazzjonali dwar is-sottomissjoni ta’ Ċertifikati tal-Ħajja.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Il-benefiċjarji jeħtieġ li jkollhom aċċess għaċ-Ċertifikat tal-Ħajja biex jittella’ online. Dan jinkludi r-Referenza tad-Dokument tagħhom u r-Referenza tal-IRU (li huwa n-numru tal-pensjoni). Dawn id-dettalji huma meħtieġa għall-validazzjoni matul il-proċess sabiex jitella’ d-dokument. L-ammont totali ta’ dokumenti mtella’ ma jridx jeċċedi 10MB għal sottomessjoni b’suċċess.

Kif tapplika

Biex tissottometti ċ-Ċertifikat tal-Ħajja mimli, ikklikkja hawn.