Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Kif Nista’ Nikseb Għajnuna mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

01/03/2024 | Aħbar Riċenti

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa impenjat li jagħti servizz ta’ kwalità għolja lill-benefiċjarji u lill-klijenti tagħna. Aħna nifhmu li s-servizzi tagħna għandhom impatt pożittiv fuq il-ħajja tan-nies, u nieħdu r-responsabbiltà tagħna li ngħinu u naqdu lill-klijenti tagħna bis-serjetà ħafna.

It-tim ta’ impjegati dedikati tagħna jaħdem bla heda biex jiżgura li l-benefiċjarji tagħna jirċievu l-benefiċċji u s-servizzi li jixirqilhom. Aħna kburin li nipprovdu servizz lill-konsumatur eċċellenti u dejjem disponibbli biex ngħinu fi kwalunkwe mistoqsija jew tħassib li jista’ jkollok.

Biex tagħmel kuntatt magħna, ikklikkja hawn jew ċemplilna fuq Freephone 153. Jekk qed iċċempel minn barra l-pajjiż, tista’ ċċemplilna fuq +356 21255153 (Dan mhux numru tat-telefon bla ħlas).

Għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi tagħna ta’ customer care, inkluża l-lista taċ-ċentri ta’ servizz.gov (magħrufa qabel bħala Uffiċċji Distrettwali) u l-ħinijiet operattivi tagħhom, jekk jogħġbok ikklikkja hawn. Jekk teħtieġ servizz ta’ customer care provdut permezz tal-Kunsilli Lokali, tista’ ssib l-informazzjoni rilevanti hawn.

Aħna nibqgħu ddedikati għall-benessri tiegħek u se nkomplu naqduk b’sens ta’ responsabbiltà li kien il-pedament tal-missjoni tal-organizzazzjoni tagħna għal snin sħaħ. Il-benesseri tiegħek huwa l-prijorità tagħna.