Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali – Ħidma fl-UE

01/07/2023 | Aħbar Riċenti

Self-Assessment għal Min Iħaddem u Persuni li Jaħdmu għal Rashom fl-UE

Ir-regoli tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE jinkludu sett ta’ regolamenti li jippermettu lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jiddeterminaw il-leġiżlazzjoni applikabbli għal individwi f’sitwazzjoni transkonfinali li tinvolvi żewġ pajjiżi jew aktar. Ladarba jiġi determinat, il-pajjiż responsabbli għall-kopertura tas-sigurtà soċjali joħroġ Dokument Portable A1, li jiċċertifika l-kompetenza tiegħu f’dan ir-rigward.

L-għan tagħna huwa li nissimplifikaw l-ammont ta’ xogħol amministrattiv għal min iħaddem u min jaħdem għal rashu sabiex nħeġġuhom jissodisfaw l-obbligi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Għall-fini tal-użu ta’ din l-Għodda ta’ Self-Assessment, ‘persuna impjegata’ tirreferi għal persuna li għadha m’għalqitx il-65 sena u hija ngaġġata f’impjieg assigurabbli. Min-naħa l-oħra, ‘persuna li taħdem għal rasha’ tirreferi għal persuna li għadha m’għalqitx il-ħamsa u sittin (65) sena u qed taħdem fin-negozju jew fil-prattika professjonali tagħha bil-għan li taqla’ profitt.

Din l-Għodda ta’ Self-Assessment tgħin lill-individwi jsiru jafu jekk bħala persuna li tħaddem jew li taħdem għal rasha, humiex obbligati jħallsu kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta għall-impjegati tagħhom, jew għalihom infushom, meta jaħdmu f’sitwazzjoni transkonfinali bejn żewġ ( jew aktar) pajjiżi tal-UE.

L-Għodda ta’ Self-Assessment tistaqsi għadd ta’ mistoqsijiet biex tevalwa s-sitwazzjoni transkonfinali tiegħek individwalment. Malli tingħata l-informazzjoni meħtieġa, l-individwi jingħataw linji gwida indikattivi dwar l-obbligi tas-sigurtà soċjali tagħhom, u jekk dawn jistgħux jitħallsu f’Malta.

L-użu tal-Għodda ta’ Self-Assessment huwa rrakkomandat għal min iħaddem jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom li:

  • Se tkun qed tibgħat impjegat biex jaħdem temporanjament f’pajjiż ieħor tal-UE f’ismu għal perjodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar, magħruf bħala stazzjonar’.
  • Normalment taħdem għal rasek f’pajjiż tal-UE u tmur twettaq attività simili f’pajjiż ieħor għal perjodu massimu ta’ erbgħa u għoxrin (24) xahar.
  • Qed timpjega ħaddiem jew taħdem għal rasek abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Malta,
  • Qed taħdem bħala persuna għal rasha abbord bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Malta.
  • Qed timpjega persuna li jwettaq attività bħala ekwipaġġ tat-titjira fuq ajruplani jew kabini li l-bażi residenzjali tagħhom hija f’Malta.
  • Jimpjegaw ħaddiem li normalment ikun impjegat f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE fl-istess ħin jew b’alternazzjoni.
  • Normalment taħdem għal rasek f’aktar minn pajjiż wieħed tal-UE fl-istess ħin jew b’alternazzjoni.

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-linji gwida pprovduti huma bbażati biss fuq l-informazzjoni pprovduta. Intant għal sitwazzjonijiet kumplessi ta’ xogħol, huwa rrakkomandat li jsir kuntatt mat-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali permezz tal-paġna Ikkuntattjana għal aktar għajnuna.

L-Għodda ta’ Self-Assessment hija disponibbli għal min iħaddem u persuni li jaħdmu għal rashom li joperaw f’kapaċità transkonfinali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dawk li jimpjegaw ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom f’pajjiżi differenti tal-UE, huma eliġibbli biex jużaw l-għodda tagħna ta’ awtovalutazzjoni. Jipprovdi informazzjoni siewja dwar il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u jgħin biex jiżgura l-konformità mar-regolamenti rilevanti. Kemm jekk wieħed ikun sid ta’ negozju żgħir, korporazzjoni multinazzjonali, jew professjonist li jaħdem għal rasu, din l-għodda tgħin biex wieħed jifhem u jissodisfa l-obbligi tas-sigurtà soċjali tiegħu fl-UE.

Għodda ta’ Self-Assessment hija mfassla biex tintuża speċifikament fil-pajjiżi/reġjuni li ġejjin biex tiġġenera riżultati preċiżi:

  • l-Unjoni Ewropea (UE)
  • iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)
  • L-Iżvizzera
  • Ir-Renju Unit

L-Għodda ta’ Self-Assessment li hija bl-Ingliż, tista’ tiġi aċċessata billi tikklikkja hawn.

Sors: Unità għall-Immaniġġjar tal-Informazzjoni, Ġunju 2023