Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Skeda tar-Rapport Mediku

02/09/2024 | Aħbar Riċenti

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta jipprovdi għajnuna għad-diżabilità lil individwi eliġibbli:

  1. Assistenza għal Diżabilità: Eliġibilità – Tista’ tingħata lil individwi li għandhom bejn sittax-il (16) sena u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, li jbatu minn paraliżi totali, malfunzjoni totali permanenti u severa, jew diżabilità totali permanenti minħabba amputazzjoni tad-driegħ jew tar-riġel. L-Għajnuna għad-Diżabilità tingħata wkoll lil individwi li għandhom diffikultajiet fis-smigħ jew biex jitkellmu.
  2. Assistenza għal Diżabbiltà Severa (fiżika): Eliġibilità – Tista’ tkun disponibbli għal individwi bejn sittax-il (16) sena u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, b’diżabilità fiżika.
  3. Assistenza għal Diżabbiltà Severa (intelletwali): Eliġibilità – Tista’ tkun ipprovduta lil individwi bejn sittax-il (16) sena u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, b’diżabilitajiet intellettwali u ġenerali fit-tagħlim.
  4. Assistenza għal Persuna b’Vista Batuta: Eliġibilità – Tista’ tkun disponibbli għal individwi bejn erbatax-il (14) sena u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, li huma jew kompletament jew parzjalment neqsin mid-dawl.

Passi ewlenin għall-applikazzjoni għall-assistenza tad-diżabilità:

1. Żur Speċjalista Kuranti tiegħek:

  • Il-persuna b’diżabilità, li hawnhekk ser tkun referuta bħala l-applikant, iżżur Speċjalista Kuranti tagħha li jimla r-rapport mediku bħala parti mill-proċess ta’ applikazzjoni.
  • L-Ispeċjalista Kuranti tal-persuna jissottometti applikazzjoni online f’isem l-applikant.
  • Mal-applikazzjoni, l-Ispeċjalista Kuranti tal-persuna għandu jtella dokument fejn jindika dijanjożi tal-kundizzjoni medika tal-applikant.
  • Jekk l-applikant ikollu sittin (60) sena jew aktar, irid jiġi mtella’ dokument mediku uffiċċjali minn sptar, fejn juri prova li l-applikant kien dijanjożat bil-kundizzjoni qabel l-applikant għalaq is-sittin sena.
  • Għal informazzjoni medika addizzjonali dwar l-applikant, l-Ispeċjalista Kuranti jista’ jipprovdi din l-informazzjoni fit-kaxxa tal-kummenti tal-applikazzjoni.

2. Awtentikazzjoni u Verifika:

  • L-Ispeċjalista Kuranti tal-applikant jawtentika billi juża l-e-ID tiegħu.
  • Dawn il-kredenzjali aktar tard jiġu vverifikati mill-uffiċjali fi ħdan id-Dipartiment permezz tar-Reġistru Mediku.
  • L-Ispeċjalista Kuranti tal-applikant għandu l-għażla li jindika indirizz tal-email differenti minn dak assenjat mal-e-ID waqt il-mili tal-applikazzjoni.

3. Konferma bil-posta elettronika:

  • Mas-sottomissjoni, kemm l-Ispeċjalista Kurtanti tal-persuna, kif ukoll l-applikant (jekk ikun ipprovdut indirizz tal-email fl-applikazzjoni) se jirċievu notifika permezz ta’ email iġġenerata awtomatikament.

4. Verifikazzjoni tal-Applikazzjoni:

  • Id-Dipartiment jirrevedi l-applikazzjoni sabiex jiġi żgurat li d-dettalji kollha tal-applikazzjoni huma korretti u d-dokumenti mitluba fl-applikazzjoni huma mtella’ mas-sottomessjoni.
  • Jekk ikun hemm approvazzjoni fl-istadju inizjali, id-Dipartiment jiskeda intervista mal-applikant u jiġi nnotifikat b’ittra li tispjega d-dettalji tal-appuntament mal-bord Inter-Professjonali.
  • Jekk ġie pprovdut email tal-applikant fl-applikazzjoni sottomessa mill-Ispeċjalista Kuranti tal-persuna, l-applikant jirċievi email ukoll. L-applikant ikollu bżonn jikkonferma jew jerġa’ jiskeda l-appuntament għal data oħra, jekk meħtieġ.
  • Alternattivament, jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-applikant jiġi nnotifikat b’ittra li tagħti r-raġuni tar-rifjut.

5. Proċess tal-Intervista:

  • Waqt l-intervista, il-membri tal-bord inter-professjonali jevalwaw id-diżabilità tal-applikant jew permezz tal-prattika tal-Kwestjonarju tal-ICF.
  • Kull membru tal-bord mediku japprova jew jirrifjuta s-sottomissjoni, billi jawtentika bl-e-ID tiegħu.

6. Approvazzjoni jew Ċaħda u Valutazzjoni:

  • Mal-approvazzjoni mill-membri kollha tal-bord mediku, id-Dipartiment jipproċedi bil-valutazzjoni tal-finalizzazzjoni tal-applikazzjoni.
  • L-applikant jirċievi ittra fl-indirizz postali tiegħu, li tinkludi d-data tal-pagament rilevanti u r-rata tal-pagament għall-assistenza.
  • Alternattivament, jekk il-bord interprofessjonali jiċħad l-applikazzjoni, l-applikant jiġi nnotifikat permezz ta’ ittra ta’ rifjut fl-indirizz postali tiegħu, fejn jingħata r-raġuni taċ-ċaħda.

7. Kif Taċċessa u Timla r-Rapport Mediku
Ikklikkja hawn biex taċċessa u timla r-Rapport Mediku online jew daħħal il-URL fil-brawżer tal-internet: rapmed-dizabilita.gov.mt jew skennja l-Kodiċi QR.