Riferiment għal Indirizz Residenzjali
Ħarsa ġenerali
Persuna li ma’ jkollhiex indirizz fiss, tista’ tingħata indirizz temporanju wara li l-każ partikolari jiġi riferut lill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Post għal residenza temporanja huwa indirizz f’Malta jew Għawdex u jista’ jintuża sabiex persuna tkun tista’ tapplika għal xi benefiċċji tas-sigurtà soċjali.
X’se tingħata
- Indirizz residenzjali temporanju.
Eliġibbiltà
- Dokument li jikkonferma l-identitá tal-persuna.
L-eliġibilità sabiex persuna tingħata indirizz ta’ residenza temporanju jiġi assessjat mill- Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u fi żmien ġimgħtejn (2) jitlesta rapport li jkun komunikat lill-Ħaddiem Soċjlai fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Il-Ħaddiem Soċjali jagħmel kuntatt mal-individwu sabiex jassisti fis-sottomessjoni tal-applikazzjoni għall-Għajnuna Soċjali. Kull każ jiġi rivedut kull tlett (3) xhur.
Kif tapplika
Persuna tista tapplika f’Ċentru ta’ Servizz.gov jew billi żżur il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.
Tista’ ukoll timla u tissottometti l-applikazzjoni online.




