Allowance għal Tfal fil-Kura: Servizz ta’ Foster Care – Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju
Ħarsa ġenerali
L-Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz ta’ Foster Care – Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jingħata lill-Foster Carer/s awtorizzati, li wara li jkunu pprovdew servizz ta’ fostering lil xi tifel/tifla/tfal, jiddeċiedu li jaddottaw dan/dawn l-istess tifel/tifla/tfal. L-Allowance tal-fostering jiġi mwaqqaf gradwalment fuq erbgħa (4) snin, jew sakemm it-tifel/tifla jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema jseħħ l-ewwel.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali jekk jogħġbok ikklikkja hawn.
X’se tingħata
Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem. Dan il-benefiċċju li jinqata’ gradwalment jitħallas għal kull familja u mhux għal kull tifel/tifla adottati.
Meta ġenitur/i li jkunu iffosterjaw tifel/tifla jiddeċiedu li jaddottaw dan/din l-istess tifel/tifla, l-Allowance għal Tfal fil-Kura – Service tal-Foster Care jiġi mwaqqaf gradwalment fuq perjodu ta’ erba’ (4) snin, jew sakemm it-tifel/tifla j/tagħlaq wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema jseħħ l-ewwel. F’dawn iċ-ċirkostanzi, fl-ewwel sena sussegwenti tal-adozzjoni, jingħata tmenin (80%) tal-Allowance tal-Foster Care, sittin (60%) jitħallas fit-tieni sena, erbgħin (40%) fit-tielet sena u għoxrin (20%) fir-raba’ sena. Dan il-pagament jitwaqqaf jekk matul dawn l-erbgħa snin ta’ pagamenti t-tifel/tifla j/tilħaq j/tagħlaq il-wieħed u għoxrin (21) sena.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kull individwu li huwa eliġibbli bħala Foster carers u kienu taħt skrutinju u approvati mill-Bord tal-Fostering u Adozzjoni u li iffosterjat tifel/tifla/tfal għal mill-anqas erba’ (4) snin u wara ġie adottat dan/din l-istess tifel/tifla/tfal mis-sena 2023.
- Dan il-benefiċċju ta’ tnaqqis gradwali jista’ jintalab biss meta l-adozzjoni tat-tifel/tifla/tfal tkun iffinalizzata u kull dokument relatat mal-proċess tal-adozzjoni jkunu diġa sottomessi lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Biex ikun/u eliġibbli, l-applikant/i irid/u jkunu qed jitħallsu l-Allowance tal-Fostering minn talinqas għal erba’ (4) snin.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Dokumenti finalizzati tal-process tal-adozzjoni, biss f’każ fejn dawn id-dokumenti ma kinux sottomessi f’applikazzjoni oħra.
- F’każ ta’ bdil fl-istatus, irid jiġi pprovdut kopja tal-kuntratt tas-separazzjoni / divorzju.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.