Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tbiddel jew taġġorna d-Dettalji Bankarji kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ kif titħallas għall-benefiċji. Jekk preżentament tirċievi l-pagamenti tal-benefiċji permezz ta’ ċekk, trid tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett fil-kont bankarju tiegħek. Jekk preżentament diġà qiegħed titħallas permezz ta’ depożiti bankarji diretti, tista’ tbiddel kemm il-bank kif ukoll in-numru tal-kont (Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju – IBAN).

Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek. Minn dan is-servizz ma tistax tbiddel id-dettalji sabiex titħallas permezz ta’ ċekk.

Ara l-informazzjoni