Dettalji Bankarji
Ħarsa ġenerali
Permezz ta’ dan is-servizz tista’ tbiddel id-dettalji ta’ kif titħallas għall-benefiċji kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Jekk preżentament tirċievi l-pagamenti tal-benefiċji permezz ta’ ċekk, trid tbiddel id-dettalji sabiex tibda tirċievi l-pagament b’depożitu dirett il-bank. Jekk diġà qed titħallas permezz ta’ depożitu dirett il-bank, tista’ tbiddel kemm il-bank kif ukoll in-numru tal-kont (Numru Internazzjonali tal-Kont Bankarju – IBAN).
Tista’ tagħżel ukoll li tirċievi notifika permezz ta’ SMS bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek. Minn dan is-servizz ma tistax tbiddel id-dettalji sabiex titħallas permezz ta’ ċekk.
X’se tingħata
- Faċilità sabiex tbiddel id-dettalji bankjari hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali online.
- Faċilità sabiex tbiddel il-metodu tal-pagament tiegħek minn ċekk għal depożitu dirett il-bank.
- Faċilità sabiex tirċievi notifika permezz ta’ SMS biex tkun infurmat bid-data tad-depożitu tal-benefiċċju tiegħek.
- Jekk jawtentika bil-e-ID tiegħu/tagħha stess, ċittadin li jkollu/ha drittijiet ta’ Aġent, Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur fuq benefiċjarju li jkun irreġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, hemm il-faċilità li jiġu emendati d-dettalji bankarji tal-benefiċjarju li l-Aġent, l-Amministratur jew Aġent maħtur minn Amministratur li huwa resposabbli għalih/a.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Persuna reġistrata taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), tista’ taġġorna d-dettalji bankarji tagħha hekk kif miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, anke jekk s’issa mhux benefiċjara.
Rekwiżiti
Biex tuża dan is-servizz ikollok bżonn:
- Kont tal-e-ID maħruġ minn Identity Malta.
Informazzjoni Addizzjonali
- Il-kont tal-bank indikat irid ikun Kont ta’ Tfaddil jew Kurrenti, iżda mhux Kont ta’ Self.
- Il-kont tal-bank indikat irid ikun f’isem il-benefiċjarju/a, jew f’isem l-amministratur tal-benefiċjarju/a reġistrat/a mad-dipartiment.
- Jekk persuna mhix benefiċjarja, iżda hija reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, id-dettalji bankarji miżmuma mid-dipartiment xorta jridu jiġu aġġornati u l-kont bankarju indikat irid ikun f’isem il-persuna reġistrata.
- Il-kont indikat jintuża ukoll għall-benefiċċji oħra li l-benefiċjarju/a i/tkun qeda titħallas għalihom.
- Jekk il-benefiċjarju/a ikollu/ha sekwestru tal-bank, għandu/ha j/tkellem il-bank preferut dwar l-emenda għall-Artikolu 381 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kap. 12.), biex ikollu/ha kont bankarju maħruġ f’ismu/ha kif meħtieġ.
- Skont Artikolu 381(1)(b) 381 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili ( Kap. 12.), ma jistgħux jinħarġu mandati ta’ sekwestru fuq – benefiċċju, pensjoni, allowance jew għajnuna msemmija fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jew pensjoni privata jew kwalunkwe pensjoni, benefiċċju jew allowance oħra maħruġa mill-Gvern jew gvern barrani ieħor: Iżda fil-każ ta’ pensjonijiet privati u pensjonijiet maħruġa minn gvernijiet barranin l ammont li mhux sekwestrabbli m’għandux jeċċedi l-ammont stabbilit għall-ogħla pensjoni maħruġa mill-Gvern.
Meta Pagament ma jkunx Riċevut
Jekk id-depożitu fil-kont bankarju ma jiġix iffinalizzat minħabba numru tal-kont ħażin jew għeluq tal-kont, il-benefiċjarju għandu jinnotifika lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali immedjatament online. Il-proċedura hija din li ġejja:
- Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jinnotifika lill-Bank dwar it-tranżazzjoni.
- Il-Bank iwettaq il-verifiki meħtieġa biex jispeċifika r-raġuni għaliex il-kreditu dirett ma ġiex iffinalizzat.
- Jekk it-tranżazzjoni tiġi approvata, għandu jingħata numru tal-kont tal-Bank alternattiv mill-benefiċjarju/a.
Din il-proċedura normalment tieħu minn għaxra (10) sa ħmistax-il (15) ġurnata biex tiġi ffinalizzata.
Kif taċċessa s-servizz
L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa s-servizz tad-Dettalji Bankarji.