Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Politika li tirregola ż-Żamma tar-Rekords Maħluqa u Immaniġġjati mit-Taqsima tal-Pensjonijiet tas-Servizz

1.    Sfond

Il-GDPR tressaq il-prinċipju li d-data personali u d-data personali sensittiva m’għandhomx jinżammu għal perjodi itwal milli meħtieġ. F’dan il-kuntest, it-Taqsima tal-Pensjonijiet tas-Servizz  qed iressaq politika ta’ żamma għad-data u d-dokumentazzjoni kollha li jiġbor u jipproċessa, biex jiżgura l-konformità mar-Regolament u biex jiżgura li l-ebda riżorsi ma jiġu utilizzati fl-ipproċessar u l-arkivjar ta’ data li hija m’għadhiex ta’ rilevanza.

 

2.    Għanijiet

L-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta (NAM) awtorizzaw l-implimentazzjoni tal- Politika li tirregola ż-Żamma, Numru: REP2023-14, għar-rekords li huma maħluqa u ġestiti mit-Taqsima tal-Pensjonijiet tas-Servizz  fi ħdan id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (DSS) f’dak:

  1. Din il-politika tiggarantixxi li l-imsemmija rekords jiġu valutati sew u li rekords ta’ valur storiku dejjiemi jiġu trasferiti fiż-żmien dovut lill-Arkivji Nazzjonali għall-preservazzjoni permanenti.
  2. Din il-politika tiġi riveduta mill-inqas kull ħames (5) snin mid-data tal-ħruġ (22ta’ Novembru 2023), biex jiġi żgurat li l-proċessi u l-kategoriji tad-dokumentazzjoni kollha jkunu għadhom validi u rilevanti fid-dawl ta’ kwalunkwe tibdil fil-proċeduri jew fil-liġi. Tissostitwixxi wkoll kwalunkwe politika ta’ żamma li setgħet ġiet implimentata fil-passat għall-istess rekords.
  3. L-awtorizzazzjoni ta’ din il-politika tirrigwarda biss ir-rekwiżiti tal-Att dwar l-Arkivji Nazzjonali tal-2005 (Kap. 477.), u mhux xi obbligi oħra li jistgħu jeżistu taħt leġiżlazzjoni oħra.

 

3.    Dokumentazzjoni

Formola GP 61 u dokumenti oħra relatati mal-Pensjoni tas-Servizz ta’ ‘pensjonanti prospettivi’. Din l-applikazzjoni timtela minn dawk li qed japplikaw għall-Pensjoni tas-Servizz (u gratifikazzjoni, jekk applikabbli), permezz tad-dipartiment tagħhom. Uffiċjali li huma intitolati għal pensjoni tas-servizz skont l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kap.93.) tal-Liġijiet ta’ Malta.

 

4.    Perjodu ta’ Żamma

 

Tip ta’ rekords Perjodu ta’ Żamma
Il-Fajls tal-Pensjonijiet tas-Servizz.  Għaxar (10) snin mill-mewt ta’ pensjonant tas-servizz.

 

5.    Azzjoni Arkivjali (Meta jiskadi l-Perjodu ta’ Żamma)

Kampjun każwali ta’ għaxar (10) fajls minn kull sena għandhom jinżammu u jiġu trasferiti fl-Arkivji Nazzjonali għall-preservazzjoni permanenti.

 

6.    Konklużjoni

Din il-politika li tirregola żżamma għandha l-għan li tikseb bilanċ tajjeb ta’ ħidma bejn iż-żamma ta’ informazzjoni utli u sinifikanti f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti u r-rimi ta’ data li m’għadhiex meħtieġa u li qed tiġi arkivjata bla bżonn. Id-data li trid tinqered wara l-iskedi ta’ żmien innotati tintrema b’mod effiċjenti biex jiġi żgurat li tali informazzjoni ma tibqax disponibbli fit-Taqsima tal-Pensjonijiet tas-Servizz. Il-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Data u l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data huma konxji tal-perjodi ta’ żamma nnutati u se jagħtu struzzjonijiet lill-persunal rilevanti kollu biex isegwi l-proċeduri indikati kif xieraq.

Ta’ min jinnota li data anonimizzata jew statistika ma taqax fil-parametri ta’ din il-Politika li Tirregola ż-Żamma, peress li ma tikkostitwixxix data personali ta’ identifikazzjoni.

 

Din il-politika ġiet approvata fis-22 ta’ Novembru 2023 mill-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta (NAM), (Politika ta’ Żamma nru REP2023-14) u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Din il-politika għandha tiġi riveduta mill-inqas kull ħames (5) snin mid-data tal-ħruġ biex jiġi żgurat li l-proċessi u l-kategoriji tad-dokumentazzjoni kollha jkunu għadhom validi u rilevanti fid-dawl ta’ kwalunkwe tibdil fil-proċeduri jew fil-liġi. Tissostitwixxi wkoll kwalunkwe politika ta’ żamma li setgħet ġiet implimentata fil-passat għall-istess rekords.

 

Aġġornata: 15 ta’ Jannar 2024