Kontribuzzjonijiet tas-Siġurtà Soċjali – Nieqsa
Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz huwa maħsub biex jiggwidak tidentifika nuqqasijiet fil-Kontribuzzjonijiet li għandek fil-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali tiegħek u x’azzjonijiet tista’ tieħu biex tindirizzahom.
Jekk wara l-età ta’ 16-il sena kien hemm perjodi li ma kontx taħdem bi qligħ, jew ma kontx tgħix f’Malta, jew kont uffiċjalment eżentat milli tħallas il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, huwa normali li jkollok Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali neqsin f’dawn il-perjodi indikati.
X’se tingħata
Tista’ tiċċekkja l-istatus tiegħek fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, u jekk jiġu identifikati nuqqasijiet, tista’ tiddeċiedi kif tindirizza n- nuqqasijiet abbażi tal-informazzjoni ppreżentata.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Kont tal-e-ID validu maħruġ minn Identity Malta
Kif taċċessa s-servizz
Trid tawtentika biex tiċċekkja għal xi Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali nieqsa.
.