Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Pensjoni tal-Invalidità

Ħarsa ġenerali

Il-Pensjoni tal-Invalidità tingħata lil persuni li, wara valutazzjoni u ċertifikazzjoni medika uffiċjali, jiġu meqjusa bħala mhux kapaċi jkomplu jaħdmu minħabba mard serju, kundizzjoni fiżika serja jew diżabilità mentali. L-eliġibbiltà għal din il-pensjoni tiddependi wkoll fuq l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa, skont kif stipulat fl-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

Din il-pensjoni tista’ tingħata wkoll lill-persuni li ngħataw il-Benefiċċju għal Korriment u jkunu ġew iċċertifikati li qed isofru b’aktar minn disgħin fil-mija (90%) diżabilità kkawżata minn aċċident jew marda relatata max-xogħol.

Il-benefiċjarji jiġu akkreditati b’Krediti tas-Sigurtà Soċjali għat-tul ta’ kemm iddum it-talba, u li jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-Pensjoni tal-Irtirar meta jiġi kkalkulat l-intitolament tal-istess pensjoni.

Qabel ma jippreżentaw l-applikazzjoni, l-individwi huma meħtieġa jissottomettu mill-inqas sitt (6) xhur ċertifikati mediċi blu, ħlief f’ każijiet ta’ pazjenti b’marda terminali, liema każijiet jiġu evalwati b’mod immedjat mit-tobba tal-Bord Mediku.

L-evalwazzjoni medika trid issir minn tabib kwalifikat, li jkun meħtieġ jimla r-Rapport Mediku għall-Pensjoni ta’ Invalidità. Jekk l-evidenza medika ċċertifikata pprovduta ma tkunx biżżejjed, tista’ tintalab dokumentazzjoni addizzjonali sabiex tkun ikkonfermata l-evalwazzjoni. Barra minn hekk, it-tobba tal-Bord Mediku jistgħu jitolbu l-kunsens tar-rikorrent sabiex jaċċessaw ir-rekords tal-isptar meta tkun meħtieġa aktar informazzjoni klinika.

Fil-każ ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku, l-applikazzjoni tagħhom tiġi eżaminata mid-Diviżjoni tal-People and Standards (P&SD) qabel il-każ jiġi riferut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għad-deċiżjoni finali.

Il-benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Invalidità jibbenefikaw minn żieda annwali, bl-istess rata bħal dawk li jibbenefikaw mill-Pensjoni tal-Irtirar. Għas-sena 2026, iż-żieda lil pensjonanti kienet ta’ għaxar ewro (€10) fil-ġimgħa li tammonta għal ħames mija u għoxrin ewro (€520).

Permezz ta’ miżura tal-Budget għas-sena 2026, persuni li jiġu mogħtija livell ta’ erbgħin (40) punt, li huwa l-ogħla livell ta’ diżabilità, ser jibbenefikaw mir-rata tal-Pensjoni ta’ Żewġ Terzi li jkunu intitolati għaliha meta jilħqu l-età tal-irtirar.

Pensjoni ta’ Invalidità Parzjali

Mill-2026 ’il quddiem, persuni b’kundizzjonijiet ta’ Bipolar Disorder, Dipressjoni bi psikożi jew akuta jistgħu jkunu f’impjieg fuq bażi part-time filwaqt li jibqgħu jirċievu Pensjoni tal-Invalidità parzjali. Dan huwa suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • Rakkomandazzjoni minn speċjalista kuranti;
  • Mill-inqas tliet (3) snin ta’ trattament kontinwu, u
  • Konferma minn konsulent psikjatra impjegat tal-Gvern.

Għall-finijiet ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-każ, tliet (3) xhur qabel ma tintlaħaq id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ ċertifikazzjoni tal-Pensjoni tal-Invalidità, il-benefiċjarji jirċievu rapport mediku li jrid jerġa’ jimtela minn tabib mediku jew mill-ispeċjalista kuranti.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

X’se tingħata

Il-Pensjoni tal-Invalidità titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Hemm żewġ (2) tipi ta’ Pensjoni tal-Invalidità li tista’ tingħata:

  • IP – Pensjoni tal-Invalidità, għall-benefiċjarji li jirċievu pensjoni tas-servizz;
  • NMIP – Pensjoni Nazzjonali Minima ta’ Invalidità għall-persuni li ma jirċevux pensjoni tas-servizz.

    Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

    Eliġibbiltà

    • L-applikant irid ikun taħt l-età tal-pensjoni.
    • L-applikant ried ikun f’impjieg full-time jew part-time regolari, jew qed jirreġistra taħt l- ewwel (1) parti tal-iskema tax-xogħol mal-Jobsplus, għal mill-inqas tnax-il (12) xahar qabel id-data tal-applikazzjoni.
    • L-applikant jjista’ jiġi ċċertifikat mill-Bord Mediku għal perjodu ta’ bejn sena (1) u tliet (3) snin għall-benefiċċju tal-Invalidità.
    • L-applikant għandu jkollu mill-inqas mitejn u ħamsin (250) kontribuzzjoni mħallsa u medja ta’ għoxrin (20) kontribuzzjoni fis-sena mill-età ta’ tmintax-il (18) sena sad-data tal-applikazzjoni. Din ma tapplikax f’każijiet fejn l-applikant għandu kundizzjoni mentali severa.
    • Applikanti b’mard terminali jistgħu jirċievu r-rata sħiħa anke jekk il-medja annwali tagħhom tkun inqas minn ħamsin (50), sakemm ikollhom mill-inqas ħamsin (50) kontribuzzjoni mħallsa tul ħajjithom.
    • Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jibgħat avviż uffiċjali lill-benefiċjarju tal-Pensjoni tal-Invalidità sabiex japplikaw għal-Pensjoni tal-Irtirar, hekk kif jilħqu l-età tal-Irtirar statutorja. Madanakollu wieħed jista’ xorta japplika għal-pensjoni tal-irtirar jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà wara li jilħqu l-età ta’ wieħed u sittin (61) sena.

      Dokumentazzjoni meħtieġa

      • Ċertifikat mediku mimli minn Speċjalista Kuranti. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan ir-rapport mediku.
      • Jekk ir-rapport mediku ma jkunx disponibbli fil-mument tal-applikazzjoni, dan għandu jiġi sottomess aktar ’il quddiem permezz tal-paġna Ikkuntattjana. Mil-lista li tinżel, għandha t’intgħażel Pensjoni tal-Invalidità mit-taqsima tal-Pensjonijiet Kontributorji.
      • Għandha tiġi ppreżentata FS3 tas-sentejn (2) preċedenti; filwaqt li jekk l-applikant jaħdem għal rasu, għandu jippreżenta rendikont tad-dħul u l-ħruġ flimkien mal-irċevuti tal-kontribuzzjonijiet imħallsa.
      • Wara li tingħata approvazzjoni bil-miktub mid-Dipartiment, l-applikanti għandhom jagħlqu kull impjieg minn ma’ Jobsplus kemm jekk xogħol full-time, part-time jew xogħol għalihom innfushom. Dan mhux neċessarjament meħtieġ fil-mument tal-applikazzjoni.
      • Huwa importanti li d-dettalji bankarji jkunu aġġornati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex il-pagamenti jidħlu direttament fil-kont bankarju. L-IBAN irid ikun ta’ kont lokali jew kurrenti, u mhux kont ta’ self. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati permezz tal-paġna bankarjidss.gov.mt.

      Kif tapplika

      Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.