Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Pensjoni tal-Invalidità

Ħarsa ġenerali

Il-Pensjoni tal-Invalidità tista’ tingħata lil persuna li hija ċċertifikata bħala inkapaċi għal impjieg xieraq full-time jew part-time jew għal impjieg li taħdem għal rasha minħabba marda serja jew indeboliment fiżiku jew mentali, soġġett għall-kundizzjonijiet relattivi tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

Din il-pensjoni tista’ tingħata wkoll lil persuna li kellha talba għal Benefiċċju ta’ Korriment aċċettata u ġiet iċċertifikata li sofriet aktar minn 90% diżabilità li tirriżulta mill-istess korriment jew marda li toriġina minn, jew matul l-impjieg tiegħha jew okkupazzjoni.

Jekk l-applikant/a j/tingħata l-Pensjoni tal-Invalidità, jingħataw Krediti tas-Sigurtà Soċjali meta isir l-assessjar għat-talba tal-pensjoni tal-irtirar.

L-applikant/a j/trid j/tkun issottometta/iet mill-anqas sitt (6) xhur ċertifikati mediċi blu lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-invalidità tiegħu/tagħha, qabel tiġi sottomessa t-talba għall-Pensjoni tal-Invalidità.

Għal dawk l-applikanti li jkunu impjegati mal-gvern, l-ewwel jiġu msejħin mill-Bord tad-Dipartiment tal-People and Standards (P&SD), u sussegwetament it-talba tagħhom titressaq quddiem il-Bord tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

X’se tingħata

Il-Pensjoni tal-Invalidità titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.

Hemm żewġ (2) kategoriji ta’ Pensjoni tal-Invalidità li persuna tista’ tirċievi:

  • IP – Pensjoni tal-Invalidità għal persuna li tirċievi l-Pensjoni tas-Servizz.
  • NMIP – Pensjoni tal-Invalidità għal persuna li ma jirċevix il-Pensjoni tas-Servizz.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna li tkun taħt l-età tal-irtirar.
  • L-applikant/a kien/et kontinwament impjegat/a full-time jew part-time jew j/taħdem għal rasu/ha jew j/tirreġistra biex j/taħdem taħt Parti 1 tar-Reġistru għal perjodu ta’ mhux inqas minn tnax-il (12) xahar qabel id-data tal-applikazzjoni.
  • L-applikant/a j/tkun ġie/t ċċertifikat/a inkapaċi għal impjieg regolari adattat għalih/a, full-time jew part-time, minn Bord Mediku maħtur mil-Liġi.
  • L-invalidità hawn fuq imsemmija hija meqjusa mill-Bord Mediku bħala li ma tħallix lill-individwu jaħdem full-time f’xogħol adattat/a għalih/a, part-time jew j/taħdem għal rasu/ha għal mhux aktar minn tliet (3) snin u mhux inqas minn sena.
  • Fid-data ta’ meta ssir it-talba għall-pensjoni tal-invalidità, l-applikant/a i/tkun tal-anqas ħallas/ħallset mitejn u ħamsin (250) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew ħallas jew ġie akkreditat tal-anqas medja ta’ għoxrin (20) kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fis-sena mill-età ta’ dsatax (19) jew tmixtax-il (18) sena skont kif ikun il-każ u jiddependi l-età tal-pensjoni, sad-data ta’ meta ssir it-talba.
  • Persuni li jbgħatu minn xi kundizzjoni mentali severa, jikkwalifikaw għal pensjoni tal-Invalidità jekk l-applikant/a ikollu/ha mill-inqas ħamsin (50) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tul ħajtu/ħajjitha.
  • Persuna li tapplika għall-Pensjoni tal-Invalidità b’mard terminali ikollha dritt li tibda tirċievi r-rata sħiħa tal-Pensjoni tal-Invalidità minkejja li jista’ jkollha medja ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali li tkun inqas minn ħamsin (50) fis-sena, sakemm ikollha minimu ta’ ħamsin (50) kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali imħallsa tul ħajjitha.
  • Ir-rata tal-benefiċju tal-Pensjoni tal-Invalidità tiddependi jekk l-applikant/a hux/hiex miżżewweġ/miżżewġa jew ġuvni/xebba. Għalhekk jekk l-applikant/a ikollu/ha tibdil fl-istatus ċivili, huwa mportanti li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jiġi nfurmat mill-aktar fis, għax jista’ jkun hemm tibdil fir-rata ta’ din il-pensjoni.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ċertifikazzjoni Medika biex tiċċertifika l-invalidità tal-applikant/a. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan ir-rapport mediku li jrid jimtela minn konsulent mediku. F’każ li dan iid-dokument taċ-ċertifikat mediku ma jkunx għandek minħabba li ċerta appuntament mediċi isiru f’dati l-bogħod, kif ikun f’idejk, dan id-dokument irid jintbagħat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali billi żżur kuntattdss.gov.mt biex ittella d-dokument. Importanti li tkun taf, li l-Bord Mediku ma jkunx jista jkompli bil-proċess qabel jirċievu dan ir-rapport mediku.
  • Kwalunkwe rekords mediċi oħra, bħal sommarji ta’ każijiet ta’ sptar, biex tingħata aktar prova ulterjuri ta’ invalidità.
  • FS3 ta’ kull impjieg jekk l-applikant/a j/tkun impjegat/a, jew Kont tal-Profit and Loss flimkien mal-irċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsin jekk l-applikant/a kien/et j/taħdem għal rasu/ha, tal-aħħar sena ta’ qabel saret it-talba. Dawn id-dokumenti huma mitluba biex jiġu aġġornati ir-rekords tas-sigurtà soċjali.
  • Meta l-Pensjoni tal-Invalidità tiġi approvata mill-bord mediku, id-dipartiment jista’ jitlob għall-Jobs History Sheet mill-JobsPlus bid-data tat-tmiem ta’ kull impjieg. Bhekk dan id-dokument huwa mandatorju f’dan l-istadju.
  • Assigura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b’depożitu dirett fil- In-numru tal-IBAN għandu jkun Kont lokali tat-Tfaddil jew Kurrenti u mhux Kont ta’ Self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem il-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq bankarjidss.gov.mt.

 

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.