Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz ta’ Foster Care
Ħarsa ġenerali
Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz ta’ Foster Care tingħata lil foster carers awtorizzati sabiex jipprovdu servizz ta’ foster care lit-tfal.
Barra minn hekk din l-Allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
X’se tingħata
Il-Pagament għal dan l-allowance jitħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.
Meta l-ġenituri tal-fostering jaqilbu minn Fostering għal Adozzjoni għat-tfal, l-Allowance għall-Fostering tieqaf gradwalment fuq perjodu ta’ erba’ (4) snin, jew sakemm il-wild jagħlaq il-wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema tiġi l-ewwel. B’dan il-mod, sussegwetament fl-ewwel sena tal-adozzjoni, jibqa’ jitħallas tmenin (80%) tal-allowance tal-fostering, sittin (60%) fit-tieni sena, erbgħin (40%) fit-tielet sena u għoxrin (20%) fir-raba’ sena.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Koppji miżżewġin, koppji f’Unjoni Ċivili, koppji li jikkoabitaw jew individwi waħedhom (f’każi partikulari biss), irrispettivament mill-età, klassi, razza u reliġjon, jistgħu jkunu foster carers wara li jkunu għaddew mit-taħriġ meħtieġ sabiex ikollhom il-ħiliet u l-għarfien meħtieġ biex jipprovdu kura ta’ kwalità. Dan ikun segwit minn assessment u approvazzjoni mill-Bord tal-Fostering u Adozzjoni.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument ta’ dikjarazzjoni ffirmata mill-foster carers u mill-Aġenzija Appoġġ.
- Kopja tal-ittra tad-deċiżjoni maħruġa mill-Bord tal-Fostering u Adozzjoni.
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.
L-applikazzjoni trid tasal sa sitt (6) xhur mid-data tal-bidu tal-fostering skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.