Child in Care Benefit – Allowance dwar Tfal fil-Kura
Ħarsa ġenerali
Allowance għal Foster Care tingħata lil foster carers awtorizzati sabiex jipprovdu servizz ta’ foster care lit-tfal.
Barra minn hekk din l-Allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu 21 sena.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
X’se tingħata
Il-Pagament għal dan l-allowance jitħallas kull 13-il ġimgħa bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Koppji miżżewġin, koppji f’Unjoni Ċivili, koppji li jikkoabitaw jew individwi waħedhom (f’każi partikulari biss), irrispettivament mill-età, klassi, razza u reliġjon, jistgħu jkunu foster carers wara li jkunu għaddew mit-taħriġ meħtieġ sabiex ikollhom il-ħiliet u l-għarfien meħtieġ biex jipprovdu kura ta’ kwalità. Dan ikun segwit minn assessment u approvazzjoni mill-Bord tal-Fostering u Adozzjoni
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument ta’ dikjarazzjoni ffirmata mill-foster carers u mill-Aġenzija APPOĠĠ
- kopja tal-ittra tad-deċiżjoni maħruġa mill-Bord tal-Fostering u Adozzjoni
Kif tapplika
Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.
L-applikazzjoni trid tasal sa 6 xhur mid-data tal-bidu tal-fostering skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.