Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal

Ħarsa ġenerali

Is-Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal ġie introdott mill-1 ta’ Jannar 2021, skont il-miżuri tal-baġit. Dan jingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal. It-tfal fil-fostering mhumiex intitolati għal dan is-Suppliment.

X’se tingħata

Minn Jannar 2024, il-benefiċjarji tal-Allowance tat-Tfal li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi ta’ sebgħa u għoxrin elf u sitt ewro (€27,006), jingħataw tliet mija u disgħin ewro (€390) għal kull tifel/tifla fis-sena. Dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi se jingħataw erba’ mija u għaxar ewro (€410) għal kull tifel/tifla fis-sena. Il-ħlas se jinħareġ kull tlettax-il (13) ġimgħa flimkien mal-ħlas tal-Allowance tat-Tfal. Dan ifisser li r-rata pagabbli se tkun ta’ sebgħa u disgħin ewro u ħamsin ċenteżmu (€97.50) għal kull tifel/tifla kull tlettax-il (13) ġimgħa għal dawk li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi u mija u żewġ ewro u ħamsin ċenteżmu (€102.50) għal kull tifel/tifla kull tlettax-il (13) ġimgħa għal dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi. Ġenituri u Gwardjani Legali b’kustodja konġunta jingħataw nofs ir-rata applikabbli għal kull wieħed. 

 Dan japplika wkoll għall-barranin u huwa pagabbli skont id-Dati tal-Permess tagħhom.

Ikklikkja hawn għal Skeda ta’ dati ta’ ħlas.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  •   Tingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni.

Kif tapplika

Il-proċess għall-ħlas tas-Suppliment tal-Allowance tat-Tfal jinbeda awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ladarba tkun intitolat għal Allowance tat-Tfal.

Aġġornat: April 2024