Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal

Ħarsa ġenerali

Is-Suppliment ta’ Allowance tat-Tfal ġie introdott mill-1 ta’ Jannar 2021, skont il-miżuri tal-baġit. Dan jingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal. It-tfal fil-fostering mhumiex intitolati għal dan is-Suppliment.

X’se tingħata

Mill-1 ta’ Jannar 2023, il-benefiċjarji tat-Children’s Allowance li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi ta’ ħamsa u għoxrin elf, u disa’ mija u erba’ u għoxrin ewro (€25,924), jingħataw mija u erbgħin ewro (€140) għal kull tifel/tifla fis-sena. Dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi se jingħataw mija u sittin ewro (€160) għal kull tifel/tifla fis-sena. Il-ħlas se jinħareġ kull tlettax-il (13) ġimgħa flimkien mal-ħlas tal-Allowance tat-Tfal. Dan ifisser li r-rata pagabbli se tkun ta’ ħamsa u tletin ewro (€35) għal kull tifel/tifla (kull tlettax-il (13) ġimgħa) għal dawk li jeċċedu l-limitu tal-ittestjar tal-mezzi u erbgħin (€40) għal kull tifel/tifla (kull tlettax-il (13) ġimgħa) għal dawk li ma jeċċedux il-limitu tal-ittestjar tal-mezzi. Ġenituri u Gwardjani Legali b’kustodja konġunta jingħataw nofs ir-rata applikabbli għal kull wieħed. 

 Dan japplika wkoll għall-barranin u huwa pagabbli skont id-Dati tal-Permess tagħhom.

Ikklikkja hawn għal Skeda ta’ dati ta’ ħlas.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  •   Tingħata lil dawk li jirċievu l-Allowance tat-Tfal.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni.

Kif tapplika

Il-proċess għall-ħlas tas-Suppliment tal-Allowance tat-Tfal jinbeda awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ladarba tkun intitolat għal Allowance tat-Tfal.