Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Talba mill-Fond talLeave tal-Maternità / Adozzjoni

Ħarsa ġenerali

Il-Kontribut tal-Leave tal-Maternità li daħal fis-seħħ mill-4 ta’ Lulju 2015 permezz tal-Avviż Legali 257 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.) għandu jitħallas minn min iħaddem għall-impjegati kollha tiegħu fis-settur privat.

Din l-iskema tapplika ukoll għal min jadotta tifel jew tifla.

Is-Servizz Pubbliku u l-Entitajiet tas-Settur Pubbliku; L-Awtoritajiet, l-Aġenziji u l-Korporazzjonijiet Pubbliċi huma eżentati minn din l-iskema.

Ir-rata tal-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità hija 0.3% tal-paga bażika fil-ġimgħa kif ippubblikata fl-Avviż Legali 258 tal-2015 (Att dwar Trusts u Trustees Kap. 331.), li hija żieda mal-għaxar (10) Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). Din il-kontribuzzjoni trid titħallas kompletament minn min iħaddem u mgħandiex tiġi mnaqqsa mill-paga tal-impjegati.

X’se tingħata

Taħt din l-iskema, min iħaddem iħallas il-leave tal-maternità/adozzjoni lill-impjegati tiegħu għall-ewwel erbatax (14) -il ġimgħa u mbagħad japplika għar-Rifużjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali meta l-impjegata tirritorna għax-xogħol. Il-Leave tal-Maternità għandu jittieħed jew minn tmien (8) gimgħat qabel  id-data tal-istennija tat-twelid tat-tarbija jew dritt wara it-twelid tat-tarbija.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

Il-kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità għandha titħallas minn min imħaddem għall-impjegati kollha li għalihom jitħallsu l-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-ewwel Klassi u għall-impjegati kollha (inklużi part-timers) li mhumiex eliġibbli li jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali iżda li huma eliġibbli għall-Leave tal-Maternità skont l-Att dwar l-Impjieg u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452.). Għalhekk il-Kontribuzzjonijiet tal-Leave tal-Maternità ma jridux jiġu mnaqqsa mill-paga tal-impjegati.

L-impjegati li ġejjin huma eżentati milli titħallas il-kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità fir-rigward tagħhom minn min iħaddimhom:

  • Impjegati ta’ ‘l fuq minn ħamsa u sittin (65) sena li huma eżentati mill-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali, iżda xorta meqjusa bħala f’relazzjoni ta’ impjieg.
  • Diretturi li huma responsabbli li jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tat-tieni Klassi.
  • Impjegati fuq leave mhux imħallas li għalihom mhix qed titħallas l-ebda Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali.
  • Impjegati fis-Settur Pubbliku.
  • Impjegati li jaħdmu b’mod każwali li għalihom mhix qed titħallas l-ebda Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali.
  • Persuni espatrijati li għalihom mhix qed titħallas Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali f’Malta.
  • Il-persuni kollha li jaħdmu għal rashom li mhumiex intitolati għall-Leave tal-Maternità. Persuni li jaħdmu għal rashom mhumiex impjegati u għalhekk huma eżentati mill-Kontribuzzjonijiet tal-Fond tal-Maternità għalihom infushom. Iġifieri, persuni li jaħdmu għal rashom mhumiex intitulati biex jagħmlu talba mill-Fond tal-Leave tal- Maternità.

L-impjegati li ġejjin mhumiex eżenti milli titħallas il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità fir-rispett tagħhom minn min iħaddem:

  • Impjegati part-time li mhumiex dovuti li jħallsu Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali fuq dak l-impjieg avolja huma diġà jħallsu minn impjieg ieħor full-time u/jew part-time. Min iħaddem u jimpjega persuni fuq bażi part-time ukoll iridu jikkontribwixxu għall-Fond tal-Leave tal-Maternità fuq isem l-impjegati part-time, anke jekk dawn ma jkunux qed iħallsu kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali fuq ix-xogħol tal-part-time.
  • Persuni b’Diżabilità li huma rreġistrati bħala diżabili mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u li qegħdin f’impjieg.
  • Persuni (l-aktar interni) impenjati fuq kuntratti definittivi ta’ sitt (6) xhur.

Peress li persuni li jaħdmu għal rashom ma jikkontribwixxux għal Fond tal-Leave tal-Maternità, mhumiex intitolati għal talbiet tal-Fond tal-Maternità. Għalhekk, dawn l-iskemi huma applikabbli biss għall-persuni impjegati, u t-talbiet mill-Fond tal-Leave tal-Maternità isiru mill-Fond għal min iħaddem, skont ir-rati applikabbli hekk kif stabbiliti għal kull skema.

Xenarji Oħra:

  • Il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità għandha xorta titħallas skont il-paga bażika fil-ġimgħa għall-impjegati b’nofs paga.
  • Għandha titħallas ukoll għal part-timers li jaħdmu fuq sigħat irregolari, u dan għandu jiġi kkalkulat skont il-paga bażika fil-ġimgħa.

Aspetti Oħra

L-Impjegat huwa obbligat li jibqa’ fl-istess impjieg għal sitt (6) xhur:

  • Bħalissa l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (Kap. 452.) fih dispożizzjoni (Artikolu 36 (20), li teħtieġ li l-impjegati jerġgħu lura għax-xogħol għal perjodu ta’ sitt (6) xhur wara li jibbenefikaw mill-leave tal-maternità, u fin-nuqqas tiegħu min iħaddem għandu jitħallas lura mill-impjegat. Din id-dispożizzjoni tibqa’ valida u l-impjegat huwa obbligat li jimxi ma’ tali regolament.

Skejjel tal-Knisja

L-għalliema li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja mhumiex meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi u għalhekk il-Kontribuzzjoni tal-Leave tal-Maternità għandha titħallas fir-rispett tagħhom.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Tliet (3) Irċevuti tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali maħruġa mill-Kummissarju tat-Taxxi (CfR), li jridu jkopru d-disa’ (9) xhur ta’ tqala u mhux il-perjodu tal-Leave tal-Maternità. Riċevuti mitluba tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jridu jkunu ta’ waħda mix-xhur ta’ kull Trimestru tat-tqala fejn turi n-numru tal-kumpanija (PE number).
    Is-sena hija maqsuma f’erba’ (4) trimestri – Jannar sa Marzu, April sa Ġunju, Lulju sa Settembru u Ottubru sa Diċembru.Bħala eżempju: tarbija li twieldet Awwissu 2022, irċevuta waħda minn Jannar sa Marzu 2022, irċevuta waħda minn April sa Ġunju 2022 u irċevuta waħda minn Lulju jew Awwissu 2022 iridu jiġu sottomessi.JEW – rendikont mill-Kummissarju tat-Taxxi (CfR) fejn turi is-sena konċernata, bin-numru tal-kumpanija u n-numri tal-irċevuti tal-Kummissarji tat-Taxxi (CfR).JEW – ftehim bil-miktub mill-Kummissarju tat-Taxxi (CfR) ukoll huwa aċċettat biss meta dan l-ftehim ikun juri li l-Kontribuzzjoni tal-Maternità se jitħallas ukoll.
  • Slips tal-Paga iridu jkunu għall-paga/salarju mħallsa matul l-erbatax-il (14) ġimgħa leave tal-Maternità tal-impjegata.
  • Kopja tal-FS3 tas-sena kalendarja ta’ qabel it-talba tal-impjegata ta’ meta twieldet it-tarbija, u mhux tal-istess sena li tkun twieldet it-tarbija.
  • Lista riċenti tal-impjegati tal-kumpanija mill-JobsPlus li ma tridx tkun datata aktar tard minn ġimgħa tad-data tal-applikazzjoni.
  • Jekk impjegata tieqaf taħdem qabel ma jgħaddu is-sitt (6) xhur imposta bil-liġi, dikjarazzjoni ffirmata mill-impjegata u minn min iħaddem, fejn turi li l-paga mogħtija waqt il-Leave tal-Maternità ma ġietx irrifondutha lura lil kumpanija mill-impjegata, trid tigi sottomessa mall-applikazzjoni.
  • In-Numru tal-Karta tal-Identita’ tal-impjegata trid tkun dik tal-Karta tal-Identita’ Maltija validà maħruġa mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità, jew Permess tar-Residenza Maltija validu.
  • Jekk it-tarbija imwielda barra minn Malta u mhix irreġistrata f’Malta u għalhekk mgħandhiex permess tar-residenza, irid jiġi sottomess mal-applikazzjoni, kopja taċ-Ċertifikat tat-Twelid Uffiċċjali maħruġ mill-pajjiż tal-oriġini fejn juri data tat-twelid.

F’każ ta’ Addozzjoni:

  • Ċertifikat Uffiċċjali tal-Addozzjoni Malti maħruġ mir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta irid jiġi pprovdut, fejn juri d-data meta ġie/t addottat/a it-tifel/tifla. Jekk it-tifel/tifla ġiet addotata minn barra, kopja tal-biljetti tal-ajru fejn juru meta l-ġenitur kien barra minn Malta, kopja tad-dokumenti Uffiċċjali tal-Adozzjoni minn Barra u d-dokumenti maħruġa mill-Agenzija Tama fejn juru id-data meta t-tifel/tifla ġie/t fil-kustodja tal-ġenituri iridu jkunu mehmuża.
  • Jekk iż-żewġ ġenituri jaħdmu, kemm jekk jaħdmu mal-istess kumpanija jew jaħdmu ma’ kumpaniji differenti, meta t-tifel/tifla ġie/t adottat/a, kull wieħed mill-ġenituri ikun intitolat għall-parti mill-leave tal-adozzjoni, skont kif jiftehmu bil-kitba. Kopja ta’ din id-dikjarazzjoni ffirmata minn kull ġenitur, trid tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

Kif tapplika

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kull min iħaddem u li ser jissottomettu applikazzjoni, iridu jieħdu nota tal-informazzjoni t’hawn taħt:

  • Il-paga Bażika ta’ Ġimgħa trid tiddaħħal fuq l-applikazzjoni fejn turi t-totali ta’:
    – Il-paga Bażika ta’ Ġimgħa, kif ukoll bonuses statutorji u allowances pro-rata (€9.85 fil-ġimgħa); u
    – Is-sehem ta’ min iħaddem tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-impjegat, li ma tkunx tinkludi emolumenti oħra.
  • Il-Leave tal-Maternità għandu jibda jew minn tmien (8) ġimgħat qabel id-data tal-istennija tat-twelid jew l-aktar immedjatament wara t-twelid tat-tarbija.
  • Id-data tal-bidu tal-Leave tal-Maternita’ għandha tkun tibda mill-ġurnata tas-Sibt.