Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Allowance tat-Tfal u Bonus għat-Twelid jew Adozzjoni Dħul Annwali ma jeċċedix il-Limitu – DSS

Overview

L-Allowance tat-Tfal tingħata lil koppji miżżewġa, koppji f’unjoni ċivili, koppji li qed jikkoabitaw, ġenituri separati, ġenituri waħedhom jew emigranti li ġew lura Malta, li għandhom l-kura u l-kustodja ta’ tfal taħt is-sittax-il (16) sena u li d-dħul annwali kollu tagħhom tas-sena rilevanti (sentejn (2) qabel is-sena kurrenti, (eżempju: Allowance tat-Tfal 2024 - Dħul 2022) minn impjieg / sigurtà soċjali huwa ta’ inqas minn seba’ u għoxrin elf u  sitt ewro (€27,006).

Madankollu, jekk id-dħul jaqbeż għoxrin-elf u tnejn u tmenin ewro (€20,082), iżda huwa inqas minn sebgħa u għoxrin elf u sitt ewro (€27,006), xorta tingħata r-rata minima tal-Allowance tat-Tfal. Dan iseħħ minħabba li jekk jintuża’ d-dħul attwali biex tiġi kkalkulata r-rata, ir-rata dovuta tal-allowance tat-tfal tkun inqas mir-rata minima. Għaldaqstant tingħata l-inqas rata ta’ Allowance ta’ Tfal. Iżda dan mhux se jaffettwa s-suppliment tal-Allowance tat-Tfal.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.

What you’ll get

Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid tat-tarbija mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta, jinbeda b’mod awtomatiku l-proċess sabiex tibda titħallas Allowance tat-Tfal. Il-benefiċjarji awtomatikament jingħataw Allowance tat-Tfal ibbażat fuq ir-rata minima. Xi każijiet ma jitħallsux awtomatikament minħabba nuqqas ta’ dettalji mhux ipprovduti mill-applikanti. F’dawn il-każijiet, l-applikanti jiġu mgħarfa b’email biex japplikaw għall-Allowance tat-Tfal.  Madankollu, benefiċjarji jistgħu japplikaw għar-rata ogħla ta’ ħlas jekk id-dħul annwali ddikjarat huwa ta’ inqas minn seba’ u għoxrin elf u  sitt ewro (€27,006). Barra minn hekk, tintbagħat ittra ta’ notifika lil ġenituri, fejn jintalbu kwalunkwe dettalji meħtieġa nieqsa għall-għoti tal-Allowance tat-Tfal, jekk dan ikun il-każ.

Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

Pagament ta' darba ta' ħames mitt ewro (€500) jitħallas lill-omm ta’ tarbija li tkun l-ewwel wild jew bħala l-ewwel adozzjoni f’każ ta’ ġenitur adottiv. Jekk l-omm ikollha t-tieni wild jew aktar fil-familja, jew ġenitur jadotta għat-tieni darba jew aktar, jitħallas il-pagament ta’ darba ta’ elf ewro (€1000) għall-kull tifel jew tifla (aqra aktar).

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima tal-intitolament għall-Allowance tat-Tfal.

Application Requirements

Wara r-reġistrazzjoni tat-twelid ta’ tarbija jew adozzjoni ta’ minuri mar-Reġistru Pubbliku ta' Malta, jinbeda l-proċess b’mod awtomatiku l-proċess mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jibda jitħallas l-Allowance tat-Tfal, f’konformità mal-kriterji ta’ eliġibilità.
 
Madanakollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn applikazzjoni ma tistax tiġi ipproċessata awtomatikament wara r-reġistrazzjoni ta’ minuri mar-Reġistru Pubbliku meta:
•    Il-ġenituri m’għandhomx l-istess indirizz.
•    Ġenitur waħdu, f'liema każ id-dokumenti ta’ kura u kustodja għandhom          jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni.
•    Il-wild ma twelidx f’Malta.
•    Ġenituri barranin.
 
Għalhekk jekk il-ħlas tal-Allowance tat-Tfal ma jasalx fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tat-twelid tal-wild, wieħed għandu jimla’ applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa fi żmien sitt (6) xhur mid-data tat-twelid tal-wild kif stipulat mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-Allowance tat-Tfal, jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tiġi sottomessa tard.
 
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
 
•    Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil ċittadin Malti jew f’Unjoni Ċivili ma’ ċittadin Malti, jew ikun ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Cross-Border), jew ċittadin ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta' refuġjat u jirrisjedi b'mod ordinarju f'Malta jew Għawdex.
 
o    F’każ ta’ Ċittadini tal-Unjoni Ewropea fejn:
  • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u hu bla xogħol f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal.
  • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u qiegħed fuq leave bla ħlas f'pajjiż barrani, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal .
  • Wieħed mill-ġenituri huwa impjegat legalment f'Malta u l-ġenitur l-ieħor qed jgħix u huwa impjegat f'pajjiż barrani, allura dak il-pajjiż barrani huwa obbligat li jħallas l-Allowance tat-Tfal jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur fil-pajjiż barrani. Jekk il-minuri qed jgħix mal-ġenitur li hu impjegat f'Malta, allura d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jkun kompetenti biex iħallas l-Allowance tat-Tfal, għalkemm il-ġenitur l-ieħor huwa impjegat barra l-pajjiż. Il-ġenitur impjegat f’pajjiż barrani għandu jipproduċi prova uffiċjali li l-ebda Allowance tat-Tfal ma qiegħdha titħallas mill-pajjiż barrani.
  • Ċittadini tal-EU jingħataw il-ħlas b’effett mid-data tal-wasla f’Malta.
o    F’każ ta’ Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi fejn:
  • L-applikanti u t-tfal qed jgħixu f'Malta.
  • Iż-żewġ ġenituri għandhom permessi residenzjali validi.
  • Wieħed jew iż-żewġ ġenituri huma f’impjieg. L-intitoliment huwa skont il-Permess. Jekk l-applikant/a ikollu/ha Permess ta’ Residenza jew permess ta’ Xogħol, min jagħmel it-talba jkun intitolat/a għal Allowance tat-Tfal b'seħħ mis-sitt (6) xahar ta' impjieg.
  • Jekk l-applikant/a ikollu/ha Blue Card / Protezzjoni Internazzjonali / Protezzjoni Sussidjarja / Protezzjoni Umanitarja (inklużi Permessi Temporanji), dan/din i/tkun intitolat/a għall-Allowance tat-Tfal mill-bidu tal-impjieg.
  • Jekk l-applikant/a jkollu/ha Permess ta’ Residenza għat-Tul, dan / din i/tkun intitolat/a mid-data tal-permess, filwaqt li d-detenturi ta' permessi ta’ Intra Corporate Transfer għandhom ikunu intitolati mid-disa’ xahar ta' impjieg.
  • L-istatus ta’ Ħaddiem Staġjonali u / jew Ċittadini studenti ta’ Pajjiżi Terzi mhumiex intitolati għal Allowance tat-Tfal jekk ma jkollhomx permess ieħor imsemmi hawn fuq.
  • L-Allowance tat-Tfal tingħata mid-data kif indikata hawn fuq jekk il-minorenni jitwieled qabel id-data tal-impjieg. Madankollu l-Allowance tat-Tfal jingħata mid-data tat-twelid jekk il-minorenni jitwieled wara d-data tal-intitolament kif spjegat hawn fuq.
•    L-Allowance tat-Tfal tista’ tingħata lil dawk li jagħmlu xogħol fuq il-                 Bastimenti Reġistrati Malta, bl-istess kundizzjonijiet taċ-Ċittadini tal-               Unjoni Ewropea. Dawn għandhom japplikaw għall-Allowance tat-Tfal kull         sena biex jibqgħu jirċievu l-Allowance tat-Tfal jekk jibqgħu eliġibbli.
•    Fil-każ ta’ kull wild, huwa dmir tal-missier u l-omm, u fin-nuqqas tat-                tnejn, tat-tabib, kirurgu, qabla jew xi persuna oħra li tkun qed tattendi              mat-twelid, jew f’liema dar it-twelid ikun seħħ, biex fi żmien ħmistax-il            (15) jum minn dan it-twelid jingħata avviż ta’ dan lir-Reġistru Pubbliku. Il-        persuna li tittrażmetti l-avviż, għandha tippreżenta l-Karta tal-Identità              tagħha u kull dokumentazzjoni pprovduta lilha mill-isptar,
•    L-applikanti għandhom jinnotifikaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali,            mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mill-okkorrenza, b’kull bdil f’ċirkostanzi        bħal mewt, separazzjoni, żwieġ / konvivenza, bidla f’kustodja, bidla fl-              indirizz, bidla fin-numru tal-kont tal-bank, tluq minn Malta jew                        terminazzjoni / bidu ta’ impjieg.
•    Wara li jingħata l-ewwel pagament tal-Allowance tat-Tfal, issir reviżjoni            annwali mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bbażata fuq informazzjoni            riċevuta mill-Kummissarju tad-Dħul u Istituzzjonijiet Finanzjarji. Ir-rata              tal-Allowance tat-Tfal hija bbażata fuq id-dħul tal-familja sentejn qabel            it-talba u / jew ir-reviżjoni tat-talba.
 
Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:
 
F'każ ta' koppja, trid timtela dikjarazzjoni separata, iffirmata miż-żewġ ġenituri. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.
 
Ċittadini Maltin / Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea / Refuġjati (Minuri imwielda f'Malta).
 
•    Kopji tal-Karti tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i addottivi.
•    Data tal-koabitazzjoni / Żwieġ / Unjoni Ċivili.
•    Dħul taż-żewġ ġenituri tas-sena rilevanti sentejn (2) qabel is-sena        kurrenti (eżempju: Allowance tat-Tfal 2024 - Dħul 2022) minn              impjieg full-time u part-time, renti u pensjoni minn barra minn            Malta. Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-ammont ta’ żero u              f’każ ta’ barranin iridu jipprovdu l-informazzjoni neċessarja anke          ta’ dħul minn barra. Jekk ma jiġix ipprovut  kull ammonti ta’ dħul          minn barra minn Malta ta’ l-aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti,            tiġi applikata r-rata fissa tal-benefiċċju.
•    Skeda ta’ xogħolijiet tal-JobsPlus aġġornata.
•    Dokument ta’ Kura u Kustodja (inkluż ma' min l-minorenni qed            j/tgħix / u ammont ta’ manteniment, iffirmat miż-żewġ ġenituri).
•    Dikjarazzjoni jew affidavit (fil-każ li wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li        jiffirma l-kura u l-kustodja) li jiddikjara ma’ min qed/qegħdin                jgħixu l-minuri u minn liema data.
•    Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta'       ġenituri waħedhom.
•    In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li            għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’            self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel /  tifla                sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew        xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja              konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv        tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
      Ċittadini tal-UE / Karta Soċjali Ewropea (Minuri MHUX imwielda            f'Malta).
•    Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi.
•    Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha        tal-familja.
•    Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri.
•    Data tal-koabitazzjoni / Ċertifikat taż-żwieġ / Ċertifikat tal-unjoni          ċivili.
•    Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie        riċevut il-benefiċċju għat-tfal.
•    Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar                 sentejn lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s             iffirmati / Profit and Loss). Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-           ammont ta’ żero. Jekk ma jiġix ipprovut  kull ammonti ta’ dħul             minn barra minn Malta ta’ l-aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti,           tiġi applikata r-rata fissa tal-benefiċċju.
•    In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li           għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’           self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel /  tifla                 sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew       xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja               konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv         tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
 
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor ((Minuri imwielda f’Malta).
 
•    Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi.
•    Kopja tal-permessi ta' residenza.
•    Data tal-koabitazzjoni / ċertifikat taż-żwieġ / ċertifikat tal-unjoni          ċivili.
•    Kull dħul kemm minn Malta u / jew minn barra taż-żewġ ġenituri.        Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-ammont ta’ żero. Jekk ma            jiġix ipprovut  kull ammonti ta’ dħul minn barra minn Malta ta’ l-          aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti, tiġi applikata r-rata fissa tal-          benefiċċju.
•    In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li           għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’           self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel /  tifla                 sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew       xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja               konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv         tagħhom għandu jiġi ppreżentat.
 
Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi u kwalunkwe ċittadin ieħor ((Minuri / MHUX imwielda f’Malta għalhekk mhumiex irreġistrati f’Malta).
 
•    Kopja tal-Boarding Passes / biljetti / passaporti tal-membri kollha        tal-familja.
•    Kopja taċ-ċertifikat tat-twelid tal-minuri.
•    Data tal-koabitazzjoni / Ċertifikat taż-Żwieġ / Ċertifikat tal-Unjoni        Ċivili.
•    Kopja tal-Karta tal-Identità tal-ġenitur/i jew ġenitur/i adottivi.
•    Kopja tal-permessi ta' residenza.
•    Dikjarazzjoni uffiċjali mill-pajjiż rispettiv li tindika sa liema data ġie        riċevut il-benefiċċju għat-tfal.
•    Kopja tad-dokumenti uffiċjali li juru d-dħul miksub fl-aħħar                 sentejn (2) lokalment u barra mill-pajjiż (prospetti tat-taxxa / FS3s       iffirmati / Profitt u Telf). Fejn ma hemmx dħul irid jiddaħħal l-               ammont ta’ żero. Jekk ma jiġix ipprovut  kull ammonti ta’ dħul             minn barra minn Malta ta’ l-aħħar sentejn (2) mis-sena kurrenti,           tiġi applikata r-rata fissa tal-benefiċċju.
•    Skeda aġġornata tax-xogħolijiet tal-JobsPlus u / jew dokument li          juri li l-applikant huwa impjegat f'Malta.
•    Ittra mill-iskola li tikkonferma l-attendenza regolari tal-minorenni        fl-iskola (f'każijiet partikolari).
•    Dikjarazzjoni jew affidavit (fil-każ li wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li        jiffirma l-kura u l-kustodja) li jiddikjara ma’ min hu / qegħdin                jgħixu minuri / i u minn liema data.
•    Kuntratt ta’ separazzjoni / digriet tal-qorti (skond il-każ) fil-każ ta'        ġenituri waħedhom.
•    In-numru tal-IBAN fejn għandu jsir id-depożitu tal-benefiċċju, li            għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’            self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-omm tat-tifel /  tifla                sakemm it-tifel / tifla ma jkunux fil-kura u kustodja tal-missier jew        xi qarib ieħor (eżempju: in-nanniet). Jekk ikun hemm kustodja              konġunta, f’liema każ in-numru individwalment tal-IBAN rispettiv        tagħhom għandu jiġi ppreżentat.