Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg (DSS)
Overview
L-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg tista’ tingħata lil:
- Persuna li għandha Status ta’ Protezzjoni Sussidjarja.
- Persuna li mhix f’impjieg u li tissodisfa it-test tal-mezzi skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.)/a>.
- Persuna waħeda jew Responsabbli tal-Familja li għandha aktar membri tal-familja jgħixu magħha.
What you’ll get
Il-benefiċċjarji tal-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg jitħallsu biss il-benefiċċju bażiku u dan isir darba fil-ġimgħa.
Jekk il-Persuna responsabbli tal-Familja tkun qiegħeda tgħix waħeda, tkun jista’ tirċievi l-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg f'ismu. Mill-banda l-oħra, jekk il-familja tkun iffurmata minn membri oħra, il-Persuna responsabbli tal-Familja tirċievi l-Assistenza Soċjali f'isimha u f’isem il-membri l-oħra li jiffurmaw parti mill-familja li tgħix fid-dar.
L-Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg tista’ tiżdied bir-rata applikabbli addizzjonali meta jiżdiedu membri fil-familja. Minn naħa l-oħra, jekk xi membru tal-familja ma jibqax jgħix fl-istess dar residenzjali r-rata tonqos.
Kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanza, bħal bidla fl-indirizz, tfal addizzjonali, bidliet fil-kompożizzjoni tad-dar, mewt, proċeduri tal-qorti, safar jew tluq minn Malta għal kwalunkwe raġuni u għal kwalunkwe tul ta’ żmien, għandha tiġi rrappurtata immedjatament lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Application Requirements
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- Ċertifikat validu ta’ Protezzjoni Sussidjarja maħruġ mill-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) f’Malta.
- L-aħħar Kont tal-Ilma u d-Dawl ta’ fejn j/tirrisjedi l-applikant/a.
- Rendikonti riċenti tal-Bank (kontijiet bankarji lokali u barranin).
- Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom.
- Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f'Malta u / jew barra (li mhix Dar ta' Residenza u / jew Residenza tas-Sajf).
- Kopja riċenti tal-irċevuta / kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija.
- Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
- Rendikont / dokumenti li juru dħul minn pensjoni jew pensjonijiet ta’ barra.
- Dokumenti ta’ Separazzjoni / Divorzju jekk ikun il-każ.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant/a huwa / hija l-Persuna responsabbli tal-Familja.
- L-applikant/a mhux impjegat/a.
- L-applikant/a i/trid i/tkun fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Protezzjoni Sussidjarja validu.
- L-applikant/a i/trid ikollu/ha Karta tal-Identità valida.
- Kwalunkwe dħul ma jistax jaqbeż il-massimu tar-rata tal-Assistenza Soċjali.
- L-applikant/a i/trid j/tiddikjara kull Kapital u/jew dħul li ġej minn Malta u/jew Barra minn Malta.
- L-applikant/a għandu/ha j/tissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali m'għandhomx jaqbżu l-€23,300 (f’każ ta’ koppja), u l-€14,000 (f’każ ta’ persuna waħeda).
- Kull dħul li ġej minn Kirjiet, Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwe dħul ieħor derivat, m'għandux jeċċedi r-rata massima ta’ Assistenza Sussidjarja għal Diżimpjieg skont il-familja.
Benefiċjarju għandu jmur personalment f'ċentru ta' servizz.gov kull meta jiġi nnotifikat biex jippreżenta Ċertifikat tal-Verifika tal-Ħajja maħruġ mid-Diviżjoni għall-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza.