Benefiċċju għal Diżimpjieg (DSS)
Overview
Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jista’ jingħata lil persuna li tkun ħallset Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2 u tkun qed tirreġistra taħt l-ewwel (1) Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn Jobsplus.
Minn Jannar 2024 qed ssir riforma fil-Benefiċċju għal Diżimpjieg sabiex ir-rati jkunu aktar relatati mas-salarji jew il-qligħ li persuna kellha qabel spiċċat bla impjieg. B’hekk individwi milquta u l-familji tagħhom ikollhom sigurta’ finanzjarja aħjar waqt il-perjodu ta’ bla xogħol, anke jekk għal ftit ġimgħat. Dan se jsir mingħajr ma jiddaħħlu xi diżinċentivi għax-xogħol.
Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.
What you’ll get
Il-Benefiċċju għal Diżimpjieg jitħallas fuq bażi ta’ sitt (6) ijiem fil-ġimgħa, u jkopri ħlas mit-Tnejn sas-Sibt.
Il-benefiċjarju huwa ntitolat li jitħallas sa massimu ta’ mija u sitta u ħamsin (156) ġurnata ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg. Ma’ dan kollu, il-ħlas huwa bbażat fuq in-numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali mħallsa mill-applikant qabel it-talba.
Ir-rati tal-benefiċċju huma kklakulati skont il-persentaġġi mniżżla hawn taħt għal salarji disponibbli mill-Kummissarju tad-Dħul:
Fl-ewwel sitt (6) ġimgħat bla xogħol, hekk kif irreġistrat ma’ JobsPlus, ir-rata ta’ benefiċċju tibda ta’ sittin fil-mija (60%) tas-salarju jew il-qliegħ disponibbli tal-individwu.
Fl-għaxar (10) ġimgħat ta’ wara r-rata tkun ta’ ħamsa u ħamsin fil-mija (55%) tas-salarji disponibbli; u
Fl-aħħar għaxar (10) ġimgħat ir-rata tinżel għal ħamsin fil-mija (50%) tas-salarji disponibbli.
L-inqas rata tal-benefiċċju tinħadem fuq il-Paga Minima Nazzjonali, fil-waqt li l-massimu tar-rata se tinħadem fuq mija u ħamsa u sebgħin fil-mija (175%) tal-Paga Minima Nazzjonali. Għalhekk, fil-maġġoranza tal-każijiet ir-rata tiġi maħduma skont il-paga, imma hemm rata minima f’każijiet li l-paga tkun baxxa ħafna - jew €19.21 kuljum għal sitt (6) ijiem fil-ġimgħa; u rata massima f’każijiet li l-paga tkun għolja ħafna - jew €33.63 kuljum għal sitt (6) ijiem fil-ġimgħa.
Application Requirements
L-applikazzjoni tiġi sottomessa awtomatikament meta persuna tkun qed tirreġistra taħt l-ewwel (1) Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn Jobsplus.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
Persuna li qed tirreġistra għall-impjieg taħt l-ewwel (1) Parti tar-Reġistru tal-Qgħad miżmum minn JobsPlus.
L-applikant irid ikun ħallas minn tal-inqas ħamsin (50) Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 u/jew tal-Klassi 2 minn meta ġie reġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) sad-data tat-Talba tal-Benefiċċju, kif ukoll ikun ħallas jew ġie akkredidat għoxrin (20) Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali matul l-aħħar sentejn sħaħ qabel is-sena li fiha ssir it-Talba għall-Benefiċċju għal Diżimpjieg.
Biex ikun intitolat għal mija u sitta u ħamsin (156) ġurnata sħiħa ta’ Benefiċċju għal Diżimpjieg, l-applikant għandu jissodisfa t-Testijiet tal-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali indikati hawn fuq u jkollu minimu ta' mija u sitta u ħamsin (156) Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali mħallsa jew kreditati qabel issir it-talba.