Dikjarazzjoni tal-Pagamenti Maħruġa (DSS)
Overview
Dan is-servizz huwa maħsub sabiex benefiċjarju jkun jista’ jiġġenera Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa tas-Sigurtà Soċjali għal sena speċifika f’dawn l-aħħar 5 snin. Din id-dikjarazzjoni mhijiex FS3 u ma tistax tintuża għal skopijiet ta’ taxxa. Peress li dan huwa dokument elettroniku, ma jeħtieġx firma.
What you’ll get
-Meta tagħżel ‘Iġġenera Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa’ għal sena f’dawn l-aħħar 5 snin, l-utent tingħatalu għażla sabiex iniżżel Dikjarazzjoni tal-Ħlasijiet Maħruġa f’format ta’ PDF jew jirċievi d-dokument b’email
-Jekk l-utent jagħżel li jirċievi d-dikjarazzzjoni permezz tal-email, u tkun l-ewwel darba li qed jintuża dan is-servizz, jista’ jispeċifika l-indirizz tal-email u jiddeċiedi jekk iħallix dan l-indirizz tal-email bħala dak li jrid li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jikkomunika bih. Wara l-użu sessegwenti tas-servizz, dan l-indirizz tal-email imniżżel jiġi muri awtomatikament
Application Requirements
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali: • Kont ta’ e-ID validu u attiv maħruġ minn Identità.