Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali – Rekord (DSS)

Overview

Dan is-servizz jagħtik ħarsa ġenerali tal-viżibilità tar-rekord tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek ta’ matul is-snin ta’ ħidma, kemm bħala persuna impjegata, taħdem għalik innifsek jew taħdem għal-rasek. Il-kontribuzzjonijiet li saru fis-sena ta’ qabel jiġu murija f’Diċembru tas-sena ta’ wara. Il-wirja tikkategorizza l-kontribuzzjonijiet fi klassijiet differenti:

 

  • Kontribuzzjonijiet u krediti tal-Klassi 1: Dawn huma għal persuni impjegati.

  • Kontribuzzjonijiet u krediti tal-Klassi 2 u Klassi 3: Dawn huma għal persuni li jaħdmu għalihom infushom and jimpjegaw lilhom infushom rispettivament.

 

Billi tuża dan is-servizz, tista' faċilment issegwi u tivverifika l-kontribuzzjonijiet u krediti tiegħek matul is-snin, u tiżgura li r-rekords tiegħek huma preċiżi u aġġornati.

What you’ll get

  • Rekord komprensiv tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek. Dan jinkludi informazzjoni dettaljata dwar il-perjodi koperti, u kwalunkwe krediti li ġew applikati għar-rekord tiegħek.

  • Dan is-servizz jiggwidak ukoll tidentifika nuqqasijiet fil-kontribuzzjonijiet li għandek fil-lista ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali tiegħek u x’azzjonijiet tista’ tieħu biex tindirizzahom.

Application Requirements

L-utent irid jawtentika sabiex jaċċessa r-rekord ta' Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tiegħu.

 

Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa dan is-servizz online tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, is-sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna:

 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel mySocialSecurity, u agħti d-dettalji tal-kwistjoni tiegħek, jew

  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Eligibility

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija tal-gvern Malti Identità.