Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji – Persuna Responsabbli tal-Familja b’Konjuġi / Sieħeb/a li Beda/Bdiet J/Taħdem
Overview
Il-benefiċjarji tal-Għajnuna Soċjali jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji f’każ li l-konjuġi jkun f’xogħol bi qligħ, jaqla’ tal-anqas il-Paga Minima Nazzjonali jew aktar u jekk il-benefiċjarju jkun irċieva l-Assistenza Soċjali għal mill-inqas sena (1) fl-aħħar tliet (3) snin.
What you’ll get
Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:
- 75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.
- 45% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.
- 35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.
Il-benefiċjarji jitħallsu bil-quddiem kull erba’ (4) ġimgħat.
Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.
Eligibility
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
L-applikanti li rċevew Assistenza għal Qgħad jew Assistenza Soċjali għal sena (1) fl-aħħar tliet (3) snin u l-konjuġi taħdem bi qligħ u taqla’ l-Paga Minima Nazzjonali jew aktar.