Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għotja għal Carer

Ħarsa ġenerali

L-Għotja għal Carer ġiet introdotta mill-1 ta’ Jannar 2021, skont il-miżuri tal-baġit. Din tingħata lil dak il-ġenitur li mhuwiex f’impjieg, sabiex ikun jista’ jieħu ħsieb wild jew ulied b’diżabilità fl-età ta’ aktar minn sittax-il (16) sena u li j/tkun j/tirċievi jew jirċievu l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.

X’se tingħata

Mis-sena 2024, l-Għotja għal Carer se tiżdied għal erbat elef, disa’ mija u sebgħa u disgħin ewro (€4,997) fis-sena. Dan il-pagament jinqasam f’erba’ pagamenti bir-rata ta’ elf, mitejn u disgħa u erbgħin ewro u ħamsa u għoxrin ċenteżmu (€1249.25) kull tliet (3) xhur.  L-Għotja għal Carer titħallas lill-ġenitur li ma jkunx qiegħed jipparteċipa fid-dinja tax-xogħol minħabba li jkun qiegħed jieħu ħsieb lill-wild jew ulied b’diżabilità u li jkun jew ikunu qed jirċievu l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.

Ikklikkja hawn għal Skeda ta’ dati ta’ ħlas.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Il-ġenitur ma jridx ikun f’impjieg u jkun igħix fl-istess dar mal-wild jew ulied b’diżabiltà ta’ aktar minn sittax-il (16) sena u li jkun j/tirċievi jew jirċievu l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.
  • Meta l-ġenitur eliġibbli j/tasal għall-età pensjonabbli, il-ġenitur intitulat/a jibqa’ jirċievi l-Għotja tal-Carer.
  • Il-ġenitur ma jistax i/tkun qed tirċievi l-Allowance miżjuda tal-Carers, Allowance għal Carer jew Assistenza Miżjuda għal Assistenza ta’ Diżabilità.
  • Jekk il-ġenitur li jkun jissodisfa l-kriterji ġa msemmija u jkun jirċievi Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa f’ismu ma jkunx eliġibbli għal din l-Għotja.
  • Jekk il-ġenitur li jkun jissodisfa l-kriterji ġa msemmija u jkun pazjent ta’ Allowance Miżjuda għal Carers jew Allowance għal Carers ma jkunx eliġibbli għal din l-Għotja.
  • F’każ li l-wild jew ulied li jkun jirċievi Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u qarib ikun qiegħed jirċievi Allowance Miżjuda għal Carers jew Allowance għal Carers għaliex ikun qed jieħu ħsieb lil wild, il-ġenitur ma jkunx eliġibbli għall-Għotja għal Carer.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni.

Kif tapplika

Il-proċess għall-ħlas tal-Għotja għal Carer jinbeda awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali  f’każijiet fejn ikun hemm ġenitur li ma jkunx f’impjieg u jgħix fl-istess dar mal-wild jew l-ulied ta’ il-fuq minn sittax-il (16) sena u j/tirċievi jew jirċievu Għajnuna Miżjuda għal Diżabilità Severa.