Għotja għal Carer
Ħarsa ġenerali
L-Għotja għal Carer ġiet introdotta mill-1 ta’ Jannar 2021, skont il-miżuri tal-baġit. Din tingħata lil dak il-ġenitur li mhuwiex f’impjieg, sabiex ikun jista’ jieħu ħsieb iben/bint b’diżabilità li għandu/ha aktar minn 16-il sena u li j/tirċievi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.
X’se tingħata
Il-ġenitur jingħata € 500 fis-sena. L-Għotja għal Carer tingħata lil ġenitur li mhux f’impjieg, għal kull wild b’diżabilità li jieħu ħsieb u li j/tirċievi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.
Ikklikkja hawn għal Skeda ta’ dati ta’ ħlas.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Il-ġenitur ma jridx ikun f’impjieg u jkun igħix fl-istess dar mal-iben/bint b’diżabiltà li għandu/ha aktar minn 16-il sena u j/tirċievi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
- Meta l-ġenitur eliġibbli j/tasal għall-età pensjonabbli, il-ġenitur intitulat/a jibqa’ jirċievi l-Għotja tal-Carer
- Il-ġenitur ma jistax i/tkun qed tirċievi l-Allowance miżjuda tal-Carers, Allowance għal Carer jew Assistenza Miżjuda għal Assistenza ta’ Diżabilità
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
- M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni
Kif tapplika
Il-proċess għall-ħlas tal-Għotja għal Carer jinbeda awtomatikament mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’każijiet fejn ikun hemm ġenitur li ma jkunx f’impjieg u jgħix fl-istess dar mal-iben/bint li għandu/ha il-fuq minn 16-il sena u j/tirċievi Għajnuna Miżjuda għal Diżabilità Severa.