Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga tista’ tingħata lil persuna li qed tattendi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga jew alkoħol. L-Assistenza għal Persuni Dipendenti mid-Droga m’għandhiex Test tal-Mezzi.

X’se tingħata

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga titħallas b’rata fissa kull ġimgħa.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant/a i/trid i/tkun qed j/tattendi l-Programm ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga jew Alkoħol volontarjament u mhux bħala riżultat ta’ deċiżjoni tal-qorti.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Ittra tad-dħul għall-Programm ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga jew l-Alkoħol mill-istituzzjoni.

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Feedback