Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga

Ħarsa ġenerali

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga tista’ tingħata lil persuna li qed tattendi programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga jew alkoħol.

X’se tingħata

L-Assistenza għal Persuna Dipendenti mid-Droga titħallas b’rata fissa kull ġimgħa.

Agħfas hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant irid ikun qed jattendi l-Programm ta’ Riabilitazzjoni mid-Droga volontarjament u mhux bħala riżultat ta’ deċiżjoni tal-qorti
  • L-Assistenza għal Persuni Dipendenti mid-Droga m’għandhiex Test tal-Mezzi

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Kopja tal-karta tal-identità
  • ittra ta’ ammissjoni mill-istituzzjoni

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.