Assistenza għal Diżabilità Severa (Intellettwali)
Ħarsa ġenerali
Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali tingħata lil persuna li jkollha diżabilità mentali u diżabilità fuq tagħlim ġenerali, u jkollha bejn sittax-il (16) sena u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena, u li tista’ twettaq xogħol bi qligħ.
X’ser jingħata
Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- L-applikant jrid ikollu bejn sittax-il (16) sena u inqas minn ħamsa u sittin (65) sena.
- Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ sittin (60) sena.
- Applikazzjoni għall-Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali mhux soġġetta għal test tal-mezzi. Għalhekk, applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ.
- Persuna li tkun diġà qed tirċievi il-ħlas għall-Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali li tagħlaq sittin (60) sena, jkollha ir-rata tagħha miżjuda għall-ekwivalenti tar-rata tal-Pensjoni tal-Età.
- Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw “Drittijiet Duplikati”, fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance.
- Il-Bord Inter-Professjonali jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza.
- Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b’Diżabilità qabel l-età ta’ sittax-il (16) sena, xorta jista’ jiġi eżaminat mill-bord Inter-Professjonali.
Kif tapplika
Imla u ssottometti r-Rapport Mediku online.
Huma eliġibbli biss l-Ispeċjalisti Kuranti biex japplikaw għal din l-assistenza f’isem l-applikant (aqra aktar).