Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali

Ħarsa ġenerali

Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali tingħata lil persuna li jkollha diżabilità mentali u diżabilità fuq tagħlim ġenerali, u jkollha 16-il sena jew aktar li  tista’ twettaq xogħol bi qligħ.

X’ser jingħata

Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali titħallas kull 4 ġimgħat bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • L-applikant jrid ikollu 16-il sena jew aktar
  • Applikant li kien eliġibbli għal Allowance għat-Tfal b’Diżabilità qabel l-età ta’ 16-il sena xorta jista’ jiġi eżaminat minn bord mediku. 
  • Applikazzjoni għall-Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali mhux soġġetta għal Test tal-Meżżi Kapitali. Għalhekk applikant jista’ jkun qed iwettaq xogħol bi qligħ. Minn Jannar 2022, l-applikant ma jsirlux test tal-meżżi tad-dħul fil-ġimgħa. Għalhekk kemm il-Meżżi Kapitali kif ukoll il-Meżżi tad-Dħul fil-Ġimgħa mhux se jiġu kkunsidrati
  • Il-persuna tkun tbati mid-diżabilità qabel ma laħqet l-età ta’ 60 sena
  • Persuna li tkun diġà qed tirċievi il-ħlas għall-Assistenza għal Diżabilità Severa Intellettwali li tagħlaq 60 sena, jkollha ir-rata tagħha miżjuda għall-ekwivalenti tar-rata tal-Pensjoni tal-Età
  • Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 90 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) japplikaw “Drittijiet Duplikati”, fejn benefiċjarju ma jistax jirċievi żewġ pensjonijiet; benefiċċji; assistenza jew allowance fl-istess ħin, iżda l-aħjar rata ta’ pensjoni; benefiċċju; assistenza jew allowance
  • Bord Mediku jiddeċiedi jekk il-każ in kwistjoni jaqax fil-parametri mediċi għal ħlas ta’ din l-assistenza

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Rapport Mediku minn Speċjalista dwar d-Diżabilità Intelletwali Severa, li jista’ jitniżżel billi tagħfas hawn
  • Kopja tal-karta tal-identità

Kif tapplika

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.