Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża)

Ħarsa ġenerali

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas, magħrufa l-aktar bħala l-Karta r-Roża, tingħata lil persuna eliġibbli wara li tkun issodisfat it-Test tal-Mezzi, jew persuna li qed tirċievi Għajnuna Soċjali; Għajnuna Soċjali għal Ġenitur waħdu, Assistenza għal Diżimpjieg; Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja;  jew Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa. Persuni li għandhom ħamsa u sittin (65) sena jew iktar, u li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari, huma awtomatikament eliġibbli għall-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża). Din l-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas tista’ tingħata wkoll lil tifel/tifla li jkunu fostered u jgħixu ma’ familja.

X’ser jingħata

Persuna li tkun qiegħda tbati minn xi waħda mill-mard jew kundizzjonijiet bħal dawk imsemmija fit-Taqsima II tal-Ħames Skeda, ikollha dritt għall-għoti ta’ Għajnuna Medika bla ħlas li fil-fehma tal-Uffiċjal Mediku Ewlieni tal-Gvern, ikunu indikati fil-każ tagħha skont il-protokolli li jistgħu jinħarġu minn żmien għal żmien minnu u jkunu disponibbli mis-servizz nazzjonali tas-saħħa.

Eliġibbiltà

    • Għajnuna Medika mingħajr ħlas tingħata lill-persuna responsabbli tal-familja u l-membri l-oħra dipendenti li jgħixu fl-istess dar li ma jaħdmux bi qliegħ kemm jekk full-time kif ukoll jekk part-time.
    • Ir-Riżorsi Kapitali għal koppja m’għandhomx jaqbżu sitta u għoxrin elf (€26,000) u sittax-il elf ewro (€16,000) għal persuna waħeda.
    • Id-dħul għal persuna waħedha impjegata m’għandux jaqbeż mitejn u disgħa u għoxrin ewro u erbgħa u erbgħa u erbgħin ċenteżmu (€229.44) fil-ġimgħa, flimkien ma’ tmien ewro u ħmistax il-ċenteżmu (€8.15) addizzjonali għal kull persuna oħra fil-familja. Barra minn hekk, dħul minn xogħol bi ħlas ta’ koppja m’għandux jaqbeż mitejn u tmienja u tletin ewro u tmien ċenteżmi (€238.08) fil-ġimgħa, flimkien ma’ tmien ewro u ħmistax il-ċenteżmu (€8.15) addizzjonali għal kull persuna oħra minbarra tal-koppja li tgħix fl-istess dar.
    • Id-dħul għal persuna pensjonanta waħeda m’għandux jaqbeż il-mitejn u tmintax-il ewro u erbgħa u tletin ċenteżmu (€218.34) fil-ġimgħa u għad-dħul tal-pensjonanti koppji m’għandux ikun aktar minn mitejn u tnejn u erbgħin ewro u ħamsa u għoxrin ċenteżmu (€242.25) fil-ġimgħa.

    L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża) hija mġedda awtomatikament kif ġej:

    • Fuq bażi ta’ kull sena, għall-applikant li għandu aktar minn sittin (60) sena, u għall-applikant li jirċievi Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa.
    • Fuq bażi ta’ kull sena, għall-Benefiċarji għall-Assistenza għal Diżabilità Severa, Assistenza/Benefiċċju għall-Diżabilità jekk ma jkunx f’impjieg u jibqa’ jissodisfa t-test tal-mezzi.
    • Kull erba’ (4) xhur, għal applikant taħt is-sittin (60) sena, jekk jibqa’ eliġibbli.

    Dokumentazzjoni meħtieġa

    • Rendikon tal-Bank tal-kontijiet kollha bankarji lokali u barranin.
    • Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom.
    • Valur tas-suq ta’ kull proprjetà jew sehem ta’ propjetà f’Malta u / jew barra, imma li ma tkunx id-dar ta’ residenza fejn toqgħod bħalissa u velleġġatura
    • Kopja riċenti tal-irċevuta tal-kera u/jew kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza ta’ fejn toqgħod bħalissa tkun mikrija.
    • Kopja tal-kuntratt tal-kera li ddahhal jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
    • Rendikont / dokumenti li juru dħul minn kwalunkwe pensjoni/jiet ta’ barra.
    • Kopja tal-payslip tal-applikant u/jew tal-konjuġi/sieħeb/sieħba jekk j/taħdem.

    Kif tapplika

    Applikant irid iżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.