Għajnuna Medika b’Xejn (Karta r-Roża)

Ħarsa ġenerali

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża), tingħata lil persuna eliġibbli evalwata bit-Test tal-Mezzi, jew persuna li qed tirċievi Assistenza Soċjali; Assistenza Soċjali għal Ġenitur waħdu: Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg; Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja;  jew Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa. Persuni li għandhom tmenin (80) sena jew iktar, u li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari, huma awtomatikament eliġibbli għall-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża).

Barra minn hekk, l-Għajnuna Medika mingħajr ħlas (Karta r-Roża) tista’ tingħata lil wild li jkun fostered u jgħix ma’ familja jew student li jattendi edukazzjoni full-time li għaliha l-attendenza fl-iskola hija kkonfermata b’dokument mill-fakultà jew istituzzjoni edukattiva.

X’ser jingħata

Il-Kap tal-familja jista’ jkollha dritt għal dik l-Għajnuna Medika bla Ħlas skont kif ser jiġi spjegat, bħal mediċini, nuċċalijiet, dentaturi jew għajnuniet prostetiċi oħra li fil-fehma tat-Tabib Prinċipali tal-Gvern ikunu indikati fil-każ tal-persuna.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Għajnuna Medika mingħajr ħlas (Karta r-Roża) tingħata lill-Kap tal-Familja
  • Ir-Riżorsi Kapitali għal koppja m’għandhomx jaqbżu €23,300 u €14,000 għal persuna waħedha
  • Id-dħul għal persuna impjegata waħedha m’għandux jaqbeż €165.25 fil-ġimgħa (flimkien ma’ €8.15 addizzjonali għal kull persuna addizzjonali). Barra minn hekk, dħul minn xogħol bi ħlas għal koppja m’għandux jaqbeż €173.40 kull ġimgħa (flimkien ma’ €8.15 addizzjonali għal kull persuna addizzjonali flimkien mal-koppja li tgħix fl-istess dar)
  • Id-dħul għal pensjonant waħdu m’għandux jaqbeż €180.41 fil-ġimgħa u għad-dħul tal-pensjonanti koppja m’għandux ikun aktar minn €204.32 kull ġimgħa

L-Għajnuna Medika mingħajr Ħlas (Karta r-Roża) hija mġedda awtomatikament kif ġej:

  • Fuq bażi ta’ kull sena, għal applikant li għandu aktar minn 60 sena, u għal applikant li jirċievi Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa u Assistenza għal Diżabilità Severa
  • Kull erba’ xhur, għal applikant taħt is-60 sena
  • Il-pazjent irid ikun iċċertifikat bħala persuna Dijabetika qabel Marzu 2013 u ikun irrifjuta li jaqbeb għall-Kartuna Safra

Karta Safra (Skeda V):

  • Persuna li qed tbati minn marda kronika tista’ tkun eliġibbli għal Karta Safra (Skeda V). Il-Karta Safra (Skeda V) mhijiex ittestjata bit-Test tal-Mezzi, u tinħareġ mid-Dipartiment tas-Saħħa. Website aċċessibbli billi tikklikkja hawn.

Dokumentazzjoni meħtieġa

Dokumentazzjoni ġenerali:

  • Rendikonti tal-Bank (kontijiet bankarji lokali u barranin)
  • Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Ħażniet / Ishma / Bonds u d-dħul derivat minnhom
  • Valur tas-suq ta’ kull proprjetà vakanti f’Malta u / jew barra (li mhix Dar ta’ Residenza u / jew Residenza tas-Sajf)
  • Kopja tal-irċevuta / kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija
  • Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk il-kera tkun ġejja minn proprjetajiet oħra
  • Rendikont / dokumenti li juru dħul minn pensjoni ta’ barra
  • Kopja tal-payslip jekk j/taħdem

Kif tapplika

Applikant jista’ jżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov.