Logo
Logo
  • MT
  • EN

Abbona biex tibqa’ infurmat dwar l-aħbarijiet riċenti dwar il-Politika Soċjali.

Q

Irrapporta Pagament mhux Riċevut

Ħarsa ġenerali

Dan is-servizz jipprovdi sabiex benefiċjarju jirrapporta li pagament tal-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali ma ġiex irċevut jew kreditat, inkella jitlob informazzjoni skont l-istat tal-pagament marbut mat-tipi differenti tal-metodi ta’ pagament – Ċekk, Kreditu Dirett u Kreditu tal-Benefiċċju tal-Enerġija.

X’se tingħata

  1. Issottometti rapport online fuq il-pagament tal-benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali magħmul minn ċekk mhux riċevut:
  • L-utent jista’ jagħżel minn pagament ta’ ċekk fejn jidher li hu fi stat ta’ Mħallas jew Maħruġ fejn talinqas trid tkun għaddiet ġurnata (1) mid-data li jista’ jissarraf.
  • Meta l-utent jagħżel ‘Ma rċevejtux?’ l-utent jiġi milqugħ biex idaħħal l-
  • Meta ‘Issottometti Rapport’ tiġi magħfusa, l-proċess tat-twaqqif tal-pagament jiġi attivat.
  • Notifika permezz ta’ email tintbagħat lil utent biex tinfurmaħ li r-rapport ġie mdaħħal fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

jew

 Il-benefiċjarju, jew l-amministratur responsabbli tal-benefiċjarju, jista’ jagħżel li jagħmel dikjarazzjoni f’ċentru ta’ servizz.gov tal-għażla tiegħu fejn jindika li ċ-ċekk huwa mitluf, imqatta’ jew li ma jistax jiġi msarraf. 

Wara:

  • Isir rapport biex jitwaqqaf il-pagament billi issir sottemessjoni online biex jinbeda l-proċess.
  • Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jivverifika mal-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l-istatus taċ-ċekk.
  • Fil-każ ta’ ċekk mitluf, jekk jinstab li ġie msarraf, ir-rapport dwar il-waqfien tal-pagament jintbagħat lura liċ-ċentru ta’ servizz.gov u l-benefiċjarju/a j/tiġi nfurmat/a. Jekk il-benefiċjarju/a, jew l-amministratur responsabbli tal-benefiċjarju, j/temmen li ċ-ċekk ma ġiex imsarraf minnu/ha, wieħed irid imur fl-eqreb ċentru ta’ servizz.gov biex tintwera il-firma fuq l-kopja taċ-ċekk. Jekk il-benefiċjarju/a j/tibqa’ j/tinsisti li l-firma mhux tiegħu/tagħha, l-aġent tas-servizz.gov jagħmel rapport online għal ċekk imsarraf minn terza persuna biex tkun tista’ tibda investigazzjoni.
  • Fil-każ fejn jinstab li ċ-ċekk mhux imsarraf, il-benefiċjarju jirċievi ittra mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jipprovdi numru tal-IBAN. Jekk il-benefiċjarju ma jipprovdiex numru tal-IBAN jinħareġ ċekk ta’ sostituzzjoni u jintbagħat lil benefiċjarju. Intant, jekk skont ir-regolamenti ta’ Bank Ċentrali ta’ Malta ċ-ċekk huwa ta’ anqas minn għoxrin ewro (€20), ma jistax jinħareġ ċekk u b’hekk il-benefiċjarju bilfors irid jipprovdi numru tal-IBAN inkella l-benefiċjarju ma jkunx jista’ jirċievi l-pagament.

    Din il-proċedura ġeneralment tieħu bejn għaxar (10) sa ħmistax-il (15) ġurnata biex tiġi ffinaliżżata, sakemm ma jkunx hemm talba għall-investigazzjoni. Jekk iċ-ċekk mitluf jinstab mill-benefiċjarju qabel is-sostituzzjoni, l-benefiċjarju għandu jinforma lill-aġent f’wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov mill-aktar fis possibbli. 

  1. Issottometti Rapport online, għal Pagament ta’ Kreditu Dirett għall-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali jew Kreditu tal-Benefiċċju tal-Enerġija mhux ikkreditat:
  • L-utent jista’ jagħżel kwalunkwe’ transazzjoni ta’ pagament mil-lista ta’ pagamenti.
  • Id-dettalji tal-pagament rispettiv jiġu murija.
  • Meta ‘Ma rċevejtux?’ tiġi magħżula, l-utent jiġi milqugħ b’aktar informazzjoni fuq it-transazzjoni. L-utent jista’ jagħżel li jsaqsi għal aktar informazzjoni billi jdaħħal l-email u jikklikkja fuq il-buttuna ‘Issottometti Rapport’.
  • Notifika permezz ta’ email tintbagħat lil utent biex ikun infumat li r-rapport ġie mibgħut lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

jew

Il-benefiċjarju, jew l-amministratur responsabbli tal-benefiċjarju, jista’ jagħżel li jagħmel dikjarazzjoni fiċ-ċentru ta’ servizz.gov tal-għażla tiegħu fejn jindika li kreditu dirett għall-Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali jew kreditu tal-Benefiċċju tal-Enerġija ma ġiex riċevut.Wara:

  • Jekk ikun hemm xi problema bin-numru tal-IBAN minn naħa tal-klijent, jinħareġ ċekk f’isem il-klijent u jintbagħatlu. Hekk kif il-problema tiġi solvuta, il-klijent irid jerġa japplika biex jerġa jirċievi l-pagamenti dirett il-bank.
  • Jekk jinstab li l-klijent m’għadux intitulat għall-benefiċċju / pensjoni, il-klijent jiġi nfurmat b’ittra.
  • Fil-każ ta’ benefiċċju tal-Enerġija li ma jkunx ġie kkreditat, id-dipartiment jivverifika jekk il-klijent għadux intitulat għall-benefiċċju u jkun infurmat kif meħtieġ.

Eliġibbiltà

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali: 

  • Persuna li tirċievi xi benefiċċju, assistenza jew pensjoni.
  • Kont attiv tal-e-ID maħruġ mill-aġenzija Maltija Identità biex l-utent jissottometti r-rapport.

Kif taċċessa s-servizz

Issottometti rapport online. 

Jekk waqt li tkun qed tipprova taċċessa dan is-servizz online tiltaqa’ ma’ xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza biex taċċessa dan is-servizz, is-sapport huwa disponibbli permezz tal-helpdesk tagħna: 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Irraporta Pagament mhux riċevut’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Rispons